It-Tnejn, 15 ta’ Jannar 2018: Fit-titjira li qed tieħdu lejn iċ-Ċili il-Papa qassam lill-ġurnalisti ritratt ta’ tifel ċkejken, iġorr il-katavru ta’ ħuh, wara li ntefgħet il-bomba atomika fuq il-belt ta’ Nagasaki. Dan ir-ritratt semmieh “il-frott tal-gwerra”. Il-Papa wera t-tħassib tiegħu dwar il-periklu li qegħdin fil-limitu ta’ gwerra nukleari.
Ara hawn taħt ir-ritratt li qassam il-Papa lill-ġurnalisti li kien miegħu fuq l-istess ajruplan …