Home > Aħbarijiet > Il-Papa Franġisku u l-pulizija li waqgħet minn fuq iż-żiemel

Il-Papa Franġisku u l-pulizija li waqgħet minn fuq iż-żiemel


Il-Ġimgħa, 19 ta’ Jannar 2018: Punt fundamentali fil-tagħlim tal-Papa Franġisku hu l-attenzjoni li għandna nagħtu lil xulxin, l-aktar li min hu fil-bżonn.  Fi żmien ta’ anqas minn 24 siegħa l-Papa wriena fil-prattika xi jrid ifisser b’dawn il-pariri li jtina, meta l-ewwel, fiċ-Ċili, il-papamobil f’nofs purċissjoni ta’ karrozzi, għaddiet qrib pulizija mara żgħażugħa riekba fuq żiemel nervuż u mbażża’ minħabba l-ħsejjes ta’ madwaru, tant li kien hemm żewġ pulizija oħra jżommuh mir-riedni biex ma jisferrax.fr1-cili

X’ħin waslet ħdejh il-papamobil, iż-żiemel ippinna, il-pulizjotta taret minn fuqu u hi u nieżla ħabtet mal-karrozza tal-Papa.

Liż-żgħażagħ Ċileni Franġisku kien ħeġġiġhom biex ikunu sammaritani u wera li hu jipprattika dak li jipprietka għax waqqaf il-karrozza, reġa’ lura bil-mixi lejn iż-żgħażugħa u sakemm ittieħdet fl-ambulanza wara l-intervent tat-tobba tal-Papa u tas-sanitarji tal-post, baqa’ jfarraġha u jara li ma ġralha xejn gravi.
Franġisku spiss jgħidilna li Alla tagħna hu Alla tas-sorpriżi. Allura l-Vigarju tiegħu m’għandux ikun b’anqas!

Waqt it-titjira li miċ-Ċili kienet qed tieħdu lejn it-tieni pajjiż latino-amerikan tul dal-vjaġġ appostoliku, steward u air hostess fuq l-ajruplan staqrrew mal-Papa li kienu miżżewġin biċ-ċivil u xtaqu li l-għaqda tagħhom tkun imbierka bħala sagrament.

Minħabba impenji ta’ rutina tax-xogħol u minħabba li dakinhar taż-żwieġ tagħhom il-knisja fejn kienu se jiżżewġu ġarrbet ħsarat kbar fit-terremot li sar fl-2010, ix-xewqa li kellhom kienet għadha mhux mitmuma.

Bla ma mistenni l-Papa Franġisku ħalla l-kulħadd mistgħġeb, mhux anqas lil Paula Podestà ta’ 39 sena u lil Carlos Cuffado Elorriaga ta’ 41 sena, meta offrielhom li jiċċelebralhom iż-żwieġ dak il-ħin stess fuq l-ajruplan li kien jittajjar f’altitudni ta’ 39,000 pied.

Greg Burke, il-kelliem ewlieni tas-Santa Sede qal,li m’hemm ebda dubju li s-sagrament huwa validu u kompla li ċ-ċertifikat taż-żwieġ jgħid:

Fit-18 ta’ Jannar, 2018, waqt it-titjira tal-Papa minn Santiago għal Iquique, Carlos Cuffado Elorriaga u s-Sinjura Paula Podestà Ruiz ingħaqdu fiż-żwieġ fil-preżenza tax-xhud Ignacio Cueto. Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku bierek il-kunsens tagħhom.

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: