L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Ewkarist Zammit bħala l-Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi. Dun Ewkarist Zammit twieled is-Siġġiewi fit-23 ta’ Lulju 1980.
Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ Santu Wistin, Pietà. Kompla l-istudji terzjarji fil-Fakultà tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta fejn kiseb ukoll Masters fl-Istudji Pastorali. Ġie ordnat saċerdot fit-3 ta’ Lulju 2008.
Dun Ewkarist serva bħala viċi arċipriet fil-Parroċċa ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi, u fl-2011 inħatar kappillan u mbagħad arċipriet tal-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli.
Il-Parroċċa ta’ San Sebastjan tiġbor fiha madwar 9,800 persuna f’2,740 familja.
Nawguraw mill-qalb lil Dun Ewkarist fil-missjoni fdata lilu fil-parroċċa l-ġdida u nwegħduh it-talb tagħna.
Awguri u merhba fil-parrocca taghna.