Kappillan ġdid fil-Parroċċa tal-Gudja – Dun Norman Zammit


L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Norman Zammit bħala l-Kappillan tal-Parroċċa ta’ Santa Marija, il-Gudja. Dun Norman Zammit twieled fit-3 ta’ Awwissu 1973. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja taż-Żurrieq u fl-iskejjel sekondarji San Mikiel u l-Kulleġġ Monte Karmeli, Santa Venera.

12-dun-norman-zammit.jpgKompla l-istudji terzjarji fil-Fakultà tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta. Ġie ordnat saċerdot fit-3 ta’ Awwissu 2001.

Dun Norman beda l-ħidma pastorali tiegħu fil-Parroċċa ta’ Ħal Luqa fejn għal ħames snin kien viċi kappillan. Fl-2006 nħatar kappillan tal-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli u fl-2011 kappillan tal-Parroċċa tal-Imsida.

Il-Parroċċa tal-Gudja tiġbor fiha madwar 3,000 persuna f’1,000 familja.

Nawguraw mill-qalb lil Dun Norman fil-missjoni fdata lilu fil-parroċċa l-ġdida u nwegħduh it-talb tagħna.

 

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.