Home > Lectio Divina > Lectio Divina tal-5 Ħadd matul Sena “B”

Lectio Divina tal-5 Ħadd matul Sena “B”


Vanġelu (Mk 1. 29-39): Xi għaxar kilometri ‘l bogħod minn Kafarnahum, kien hemm ir-raħal ta’ Magdala. In-nies t’hemm kienu jafu jippriżervaw il-ħut bil-melħ. Għalhekk is-sajjieda mas-sebħ kienu jidħlu x-xatt bil-qabda,  u jbiegħu il-ħut f’Magdala.  Imbagħad isorġu d-dgħajjes fil-port li kien xi 200 metru ‘l bogħod minn Kafarnahum. Kien hawn li Ġesu sejjaħ l-ewwel dixxipli Tiegħu.

  1. Il-laqgħa fis-sinagoga kienet tintemm għal xi l-ħdax. Ġesu u d-dixxipli jmorru fid-dar tal-familja ta’ Pietru, fejn kien hemm ommu u l-familja ta’ Indri.  Hemm kienet tinġabar il-familja għall-pranzu u biex ikomplu jiddiskutu x’ikun intqal fis-sinagoga.  Kienet drawwa li jekk jiltaqgħu ma’ xi ħbieb, dawn jiġu mistiedna għall-ikel. F’din id-dar kien hemm kamra kbira (8m X 8m). Aktar tard din se tkun l-ewwel bini (knisja) fejn jibdew jiltaqgħu l-ewwel Insara.  Kellha bieb jagħti għal barra. Dan il-bieb jissemma’ fis-silta tal-lum, fejn se naraw ukoll kif l-effett tal-kelma ta’ Ġesu se tkompli ġġib għeġubijiet kbar matul il-jum.
  2. “Omm il-mara ta’ Xmun kienet fis-sodda bid-deni.” Dan hu l-aktar rakkont sempliċi ta’ fejqan minn Ġesu.  Mark, li kitbu 35 sena wara, xorta jinkludi d-dettalji: “Resaq lejha, qabadha minn idha u qajjimha.”  Dil-mara veru li kienet il-kunjata ta’ Xmun, imma S. Mark irid jurina wkoll il-kundizzjoni ta’ dawk li jkollhom kif kellha hi: (a) “fis-sodda”, i.e. ibblukkata, ma tista’ tagħmel xejn utli; bħal dawk li jaqgħu fl-għażż u ma jagħmlux id-dover tagħhom; (b) bid-deni: bħal egoiżmu li ma jħallix lil xi wħud biex iħobbu lill-oħrajn.  Min iħalli xi ħaġa tfixklu milli jħobb, ma jibqax bniedem kompletament uman.
  3. Kif jiġi l-fejqan minn dan id-deni? “Malajr qalulu biha,” mill-ewwel qalu lil Ġesu. Kull problema li jkollna hemm bżonn nitkellmuha ma’ Ġesu.  Nieħdu eżempju: (a) biex  jissodisfa l-ferneżija tal-poter, wieħed jasal biex jigdeb, jisraq, joqtol.  Anki d-dixxipli kellhom dan id-deni, u darba saħnu fuq min kien l-aqwa fosthom.  Ġesu jfejjaq dan id-deni billi jħaddan tifel ċkejken u jgħidilhom: “ L-akbar wieħed fosthom hu dak bħal dat-tifel, u jkun għas-servizz tal-inqas fost il-bnedmin. (b) Deni ieħor: ir-regħba għall-flus, li ġġiegħel wieħed biex jisraq, jiġġieled ma’ hutu fuq wirt, eċċ.  Il-Kelma t’Alla tfejjaq dan id-deni billi toħroġ mill-bniedem dak kollu li hu uman.  Mela, kull tip ta’ deni jrid jiġi ppreżentat lil Ġesu, għax Hu jaf x’inhuma u kif ifejjaqhom.  Jekk ma nagħmlux hekk u mmorru bihom għand xi ħadd ieħor, għandu mnejn li dan, minn flok jgħinna, aktar jgħarraqna.
  4. “Ġesu resaq lejha.” Ma ħarabx, ma nġibidtx lura, ma beżgħax mid-deni jew li jittieħed. Kull tant, xi wħud minna, quddiem nies morda b’tant deni, noqogħdu ngergru, immaqdru u niġġudikaw, bla ma nersqu qribhom biex inwasslulhom il-Kelma t’Alla. Irridu nagħmlu bħal Ġesu, i.e. naċċettaw l-umanita’ tal-bniedem kif inhi, bid-dgħufijiet tagħha. B’hekk inwasslu l-Kelma Tiegħu li permezz tagħha Hu ġie jwaqqaf umanita ġdida.  Hu jridna ferħanin, għalhekk irid ifejjaqna mid-deni kollu li jfixkilna milli ngħixu ħajja ta’ servizz lejn ħutna l-bnedmin.
  5. “Qajjimha.” Il-verb li ntuża hawn ifisser “irxuxtaha”, għax id-deni kien simbolu ta’ dak li joqtol fina l-kapaċita’ li nħobbu. Għalhekk ikollna bżonn nirxoxtaw.
  6. “Qabadha minn idha.” Dan il-kuntatt ma’ Ġesu ifisser li aħna, biex infiequ mid-deni tagħna, irridu nħallu ‘l Ġesu jakkumpanjana biex nimxu miegħu id f’id. L-id hi simbolu ta’ kull azzjoni u xogħol li nagħmlu.  Dan kollu, biex ikollu suċċess, jiħtieġ nagħmluh fil-kumpanija ta’ Ġesu.
  7. U x’inhu l-effett ta’ dan l-akkumpanjament? “U d-deni ħallieha, u minnufih bdiet isservihom.” Fil-qadi tal-oħrajn aħna nsiru tabilħaqq umani.
  8. Il-qawwa tal-Kelma t’Alla ma tibqax biss ġewwa, imma toħroġ fuq l-għatba tal-bieb biex tfejjaq umanita’ marida: “U fejjaq ħafna minn kull xorta ta’ mard.” Ma nżul ix-xemx spiċċaw l-obbligi tas-Sibt, u n-nies setgħu jimxu u jġorru l-morda kemm riedu.  Inġabru bi ħġarhom wara dak il-bieb għax kienu jafu li warajh hemm Kelma li tfejjaq.  (Aktar tard f’din l-istess dar l-ewwel komunita’ ta’ Nsara li se tkompli l-missjoni ta’ fejqan.) Xi wħud ġew weħidhom. Oħrajn ġabhom xi ħadd li ntebaħ li dawn il-persuni mhux qed jgħixu l-milja tal-umanita tagħhom għax hemm xi deni li qed ifixkilhom. Għalhekk qabad u ġabhom hawn għall-fejqan.  Dan ix-xi ħadd fehem kemm kienet effikaċi l-Kelma ta’ Ġesu.
  9. “Inġabret il-belt kollha.” L-ibliet tal-lum moħħhom fid-divertiment. Hemm bżonn li aħna nuruhom kemm għandhom bżonn il-kelma ta’ Ġesu.
  10. “L-għada filgħodu kmieni qam jitlob.” Fil-ħemda tas-sebħ iktar faċli biex wieħed jagħmel kuntatt mal-Ħallieq. Ġesu jikkomunika mal-Missier biex flimkien ifasslu il-bqija tal-ġurnata. Xi wħud jibżgħu mis-silenzju, u jimlew ħajjithom b’ħafna storbju, minn flok b’xi ħaġa li tibqa’.  Ġesu hu l-bniedem veru, awtentiku.  Xmun iħares lejh b’mod differenti. Moħħu fis-suċċess u l-popolarita’. In-nies inġabru wara l-bieb u Ġesu għeb. Għalhekk telaq jiġri jfittxu.  Ġesu jwieġbu: “Kafarnahum aċċettat il-Kelma Tiegħi. Ħa mmorru fi bliet oħra ħa nagħmlu l-istess.”

Sors:  lachiesa.it/liturgia/omelie/padrefernandoarmellini

Categories: Lectio Divina
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: