Il-Papa Franġisku dwar kultura tal-iskart u tal-mewt

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ħadd 18 ta’ Marzu 2018: F’omelija li l-Papa Franġisku kien qed jagħmel il-bieraħ waqt iż-Żjara Pastorali tieghu f’San Giovanni Rotondo, huwa qal li min jieħu ħsieb taċ-ċkejknin jinsab fuq in-naħa ta’ Alla u jegħleb il-kultura tal-iskart, li, għall-kuntrarju, tagħti preferenza lis-setgħanin u lill-foqra ma tqishom ta’ ebda siwi. Min jippreferi lill-foqra qed ixandar profezija ta’ ħajja kontra l-profeti tal-mewt ta’ kull żmien, anki tal-lum, li jarmu n-nies, jarmu t-tfal, l-anzjani, għax dawn ma jiswewx għalihom. “

Imbagħad il-Papa kompla jgħid, “Meta kont għadni żgħir, l-iskola, kienu jgħallmuna l-istorja tal-Ispartani. Dejjem laqatni dak li kienet tgħidilna l-għalliema, li meta kienet titwieled tarbija b’deformazzjoni fiżika, kienu jeħduha fuq il-quċċata tal-muntanja u jarmuha minn hemm fuq għal isfel, biex ma jkunx hemm ċkejknin bħal dawn.” Franġisku stqarr kif bħala tfal  kien jkunu impressjonati bil-kefrija.”

Franġisku kompla,  “Ħuti, aħna l-istess qed nagħmlu, b’iżjed kefrija, b’iżjed xjenza. Dak li ma jserviniex, dak li ma jipproduċix, jiġi mormi. Din hi l-kultura tal-iskart, iċ-ċkejknin illum mhumiex mixtieqa.”

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading