“SE NIŻŻEWWEĠ”. “ARA SE TITGĦALLAQ?”: IŻ-ŻWIEĠ SAGRAMENT (1)

Print Friendly, PDF & Email

Mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP

Forsi ħafna drabi dan il-kliem jingħad biċ-ċajt, għalkemm ma naħsibx li hu l-aħjar awguri li nistgħu nagħtu lil xi ħadd li se jidħol għal żwieġ! Naħseb il-kelma ‘nawguralkom’  jew ‘nifirħIlkom’ huma ħafna iktar adattati.

Mgr Paul Cremona OPIż-żwieġ u l-familja huma daqshekk importanti għal kull soċjeta’ li għandha tiġi mħarsa, u mgħejjuna mill-Istat. Għalhekk il-Mulej, għal min jemmen, għaqqadha wkoll  sagrament għaliex iż-żwieġ huwa tant importanti għall-umanita’ u  għax dawk li  jiżżewġu u jemmnu, għandhom  bżonn l-għajnuna tal-grazzja tiegħu.

Qiegħed nitkellem hekk għaliex iż-żwieġ u l-familja mhijiex realta’ li tingħalaq fiha nfisha mingħajr konsegwenzi għas-soċjeta’. Kultant tisma’ dan il-kliem: l-Istat  u l-Knisja m’għandhomx  tindaħlu xi jsir ‘fil-kamra tas-sodda’ jew fil-friex tal-koppja’. Is-soċjeta’ kollha, għat-tajjeb u għall-ħażin, tgawdi jew tbati minn dak li jiġri fil-familji, speċjalment f’dak li jmiss  lit-tfal: sigurta’ jew insigurta’, u valuri soċjali oħra.

Darba smajt dan ir-raġunar: mhux huma għażlu li jiżżewġu, għalhekk is-soċjeta’ m’għandhiex tgħinhom: hija ħaġa tagħhom biss! Illum nisimgħu li saret iktar diffiċli li tiġi sostnuta soċjeta’ ta’ poplu dejjem iktar anżjan minn numru dejjem iktar jiċkien ta’ żgħażgħ biex jaħdmu ħalli jsostnu lill-anzjani.Jekk tgħin lill-koppji, ma tkunx qed tgħin lis-soċjeta’ tal-ġejjine. Allaħares il-koppji li b’sagrifiċċju jwelldu u jrabbu lit-tfal jirraġunaw bl-istess mod: t-tfal ‘tagħna’ rriduhom jgħinu biss lilna li rabbejnihom għall-oħrajn li ma setgħux jew ma ridux ikollhom tfal!

Għalhekk il-koppji fiż-żwieġ u l-familji jridu jkunu mħarsa u mgħejjunin soċjeta’, u s’intendi anki mill-Knisja.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading