Arċisqof Charles J. Scicluna. 2018

“Inkomplu nitolbu għaż-żgħażagħ tagħna” – L-Arċisqof


L-Erbgħa, 28 ta’ Marzu 2018: Il-messaġġ tal-Arċisqof għall-Via Sacra Djoċesana 2018.

391232-740xNone

L-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna – Fil-Belt Valletta

Nirringrazzjakom tal-preżenza tagħkom illejla u nixtieq li nkomplu nitolbu għaż-żgħażagħ tagħna, mhux biss għal dawk li l-Mulej qiegħed isejjaħ għas-saċerdozju u għall-ħajja reliġjuża, imma wkoll għaż-żgħażagħ kollha, b’mod specjali dawk li qegħdin f’xi mument partikolari tal-ħajja tagħhom. Niftakar f’dawk li qegħdin iħejju għall-eżamijiet, dawk li qegħdin f’xi faċilità korrettiva, dawk li qegħdin f’xi faċilità ta’ rijabilitazzjoni mid-droga jew dipendenzi oħrajn, dawk li qegħdin l-isptar għall-kura, iż-żgħażagħ tagħna fl-iskejjel, fil-postijiet ta’ divertiment, fil-familji tagħna. Nitolbu li l-Mulej ikun il-ħarsien tagħhom u jagħtihom dejjem it-tama.

Għada, jekk Alla jrid, nibdew tlitt ijiem tassew qaddisa fis-sena: Ħamis ix-Xirka, il-Ġimgħa l-Kbira, Sibt il-Għid u l-Għid il-Kbir. Ejjew insegwu l-liturġija u t-talb tal-Knisja billi bi ħġarna nattendu għall-funzjonijiet qaddisa u anke fil-familji tagħna, fl-ambjenti tagħna, inkomplu ngħożżu t-tradizzjoni tal-ġabra, tas-sawm, u tar-rakkoljiment. Ejjew nitolbu għall-mejtin għeżież tagħna. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, jistrieħu fis-sliem.

Jiena u nberikkom bl-għuda mqaddsa tas-salib, nitlob fuq Malta tagħna, il-barka tal-Mulej Ġesù li, bis-salib tiegħu, fdiena.

✠ Charles J. Scicluna
Arċisqof ta’ Malta

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s