L-Erbgħa 2 ta’ Mejju 2018: Waqt laqgħa li kellu mal-membri tal-assoċjazzjoni “Una vita rara” (Ħajja rari), li tirriċerka u turi solidarjetà fejn ikun hemm mard rari, il-Papa Franġisku fakkar li kull ħajja umana hija unika, u qal li jħossu mqanqal mir-rieda tal-familji li jaffrontaw din ir-realtà ta’ tant niket u jagħmlu ħilithom biex itejbuha.
Kull ħajja umana hija unika, qal Franġisku, u anki jekk il-marda tkun rari jew rari ħafna, il-ħajja hi aktar importanti minnha. Franġsiku kien qed jiltaqa’ ma’ sittin ġenituri u volontarji ta’ din l-assoċjazzjoni fis-Sala Clementina. Hu żied jgħid li jammira r-rieda tal -familji u tal-morda li jingħaqdu fimkien biex jiffaċċjaw dawn ir-realtajiet u jippruvaw itejbuhom, minkejja t-tbatija u l-għeja li jġibu magħhom.
Il-Papa Franġisku indirizza personalment lil Giorgio, il-president tal-assoċjazzjoni u lil martu Rosita, ġenituri ta’ Davide, li għandu 15-il sena. Davide għandu marda rari. Franġisku qalilhom li fihom huma ħassew l-imbuttatura biex jagħmlu xi ħaġa għal binhom u għall-morda li għandhom mard rati u l-familji tagħhom.
Mikejja li r-realtà tal-ħajja ta’ kuljum hija negattiva, qalilhom Franġisku, l-isem li taw lill-assoċjazzjoni “Una vita Rara” jesprimi r-realtà ta’ Davide, imma tagħhom ukoll bħala ġenituri, b’mod pożittiv u mhux negattiv. Din l-attitudni pożittiva hi ‘miraklu’ tipiku tal-imħabba, osserva l-Papa Franġisku.
L-imħabba dan taf tagħmel, taf tara t-tajjeb anki f’sitwazzjoni negattiva, taf tagħżel il-fjamma tnemnem mil-lejl mudlam.
U l-imħabba, kompla jgħid il-Papa, tagħmel miraklu ieħor: tgħinna biex nibqgħu miftuħin għall-oħrajn, ittina l-ħila li naqsmu ma’ ħaddieħor, li nkunu solidali anki fit-tbatija jew f’sitwazzjoni tqila, li kukjum tifnik. Minn dan l-atteġġjament, temm jgħid il-Papa Franġisku, nibtet ukoll “il-mixja ta’ 700 kilometru li bdiet għaxart ijiem ilu u li llum waslet f’Ruma. Mixja għall-ħajja u t-tama.
Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija