Il-Papa Franġiksu jrodd ħajr lill-mexxejja reliġjużi kollha li jikkultivaw il-kultura tal-laqgħa


Il-Ġimgħa 18 ta’ Mejju 2018: Qabel l-udjenza ġenerali ta’ nhar l-Erbgħa li għadda l-Papa Franġisku ltaqa’ ma’ delegazzjoni magħmula minn buddisti, induisti, ġjajnisti u sikh, li kienu jinsabu f’Ruma għall-konvenju “Dharma u Logos: djalogu u kollaborazzjoni f’epoka kumplessa”. Il-kollaborazzjoni , qal il-Papa Franġisku, hi ta’ servizz għad-dinjità umana u għall-ħarsien tal-maħluq.

fr1-buddisti.jpgId-djalogu u l-kollaborazzjonihuma żewġ kelmiet fundameentali llum, fiż-żmien li fih qed naraw ikattru bosta tensjonijiet u kunflitti, bi vjolenza mifruxa ħafna kemm fuq livell limitat kif ukoll fuq livell akbar.

Hekk qal il-Papa Franġisku meta kien qed jiltaqa’ mad-delegazzjoni, qabel l-udjenza ta’ nhar l-Erbgħa filgħodu. Il-konvenju li għalih attendew buddisti, induisti, ġjajnisti u sikh kien organiżżat mill-Kunsill Pontifiċju gaħd-Djalogu Inter-Reliġjuż, mill-Uffiċċju Nazzjonali għall-Ekumeniżmu u d-Djalogu Inter-Reliġjuż tal-Konfernza Episkopali Taljana u mill-Unjoni Buddista Taljana, l-Unjoni Induista Taljana, is-Soċjetà Sikhi Sewa u l-Istitut tal-Ġajnoloġija.

Il-Papa ferħilhom għal din l-inizjattiva u qalilhom li din kienet okkażjoni biex nirringrazzjaw lill-Alla għax il-mexxejja reliġjużi huma mpenajti biex jikkultivaw il-kultura tal-laqgħa u qed jagħtu eżempju ta’ djalogu u kollaborazzjoni bil-fatti għas-servizz tal-ħajja, tad-dinjità umana u tal-ħarsien tal-maħluq.
Qabel ma talab fuq kull min kien preżenti, barkiet abbundanti, il-Qdusija Tiegħu irringrazzjahom għall-ħidma li qed iwettqu fejn kulħadd skont it-tradizzjonijiet reliġjużi li jħaddan qed jikkollabora biex itejjeb il-qagħda tad-dinja tagħna.

F’messaġġ mibgħut lill-parteċipanti ta’ dan il-konvenju, il-Kardinal Jean-Louis Tauran, President tad-dikasteru tal-Vatikan għad-Djalogu Inter-Reliġjuż, talab biex ngħelbu l-preġudizzji u l-għeluq li fihom infushom huma kultura tal-gwerra, ħalli minflok, tieħu posthom il-kultura tal-laqgħa.

Il-Kardinal Tauran fakkar lill-parteċipanti tal-konvenju li huma għalliema impenjati fi djalogu personali ma’ oħrajn mid-dinja kattolika u kristjana. Għaldaqstant għandhom responsabbiltà kbira biex fl-istudenti tagħhom irawmu spirtu ta’ ftuħ u rispett, ħieles mill-preġudizzji kontra twemmin differenti.

Dan jgħodd l-aktar fil-konfront ta’ min hu barrani jew differenti, jew li jitqies bħala ostaklu għall-konvinzjonijiet u d-drawwiet li jħaddnu.

F’dinja maqbuda fil-morsa tal-kunflitti u rjieħ tal-gwerra, kompla jikteb il-porporat Franċiż, in-nies jistennew li dawk kollha li għandhom responsabbiltajiet reliġjużi jkunu pontijiet sodi tad-djalogu, medjaturi kreattivi u sensala tal-paċi u l-armonija billi jħaddnu lil kull persuna u jittrattawha bl-umanità, u dan jgħodd l-aktar għall-foqra u d-dgħajfa.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.