Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tas-Sibt 19 ta’ Mejju 2018

L-Evanġelju tas-Sibt 19 ta’ Mejju 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 21, 20-25

Fid-dixxiplu l-maħbub, li l-awtur tal-Evanġelju ta’ Ġwanni qatt ma jgħidilna x’jismu, l-istess awtur jara lilu nnifsu u l-kommunità tal-Knisja tiegħu. Dan l-awtur jidentifika lilu nnifsu bħala dak li kiteb u huwa xhud ta’ bosta ħwejjeġ oħra li Ġesù wettaq iżda li mhumiex miktuba.

Dan id-dixxiplu kellu rabta qawwija ma’ Ġesù, xi ftit jew wisq bħal ma kellu Pietru stess. It-tnejn tkellmu miegħu b’kunfidenza, it-tnejn ġew murija ħwejjeġ li kienu għal ftit moħbija minn għajnejn id-dixxipli l-oħra. Dan x’se jsir minnu? X’se jsir minn dawk li emmnu u jibqgħu fidili dejjem. Dawn mhux ss jmutu.

Is-sabiħ tal-Knisja mmexxija mill-Ispirtu ta’ Alla, huwa li għalkemm il-membri tagħha jgħaddu għal ħajja oħra, jibqgħu jgħixu għal dejjem, nittamaw ma’ Alla, imma jibqgħu jgħixu wkoll fil-membri li jkunu għadhom hawn, sakemm hemm Alla li jgħammar fihom u jaħdem fihom u bihom.

La aħna writna l-fidi mingħand ta’ qabilna, fina għad hemm huma bil-konvinzjonijiet tagħhom, fina jgħix Kristu li għadda fina mingħandhom.

Dan il-ħsieb iqajjem fina mħabba kbira lejn dawk li jiġu warajna u li għad iridu jġorru fihom il-fidi li ngħaddulhom, il-konvinzjonijiet tagħna, l-esperjenza tagħna bħala ndividwi u bħala kommunità. J’Alla din l-imħabba ma tibqax biss ħsieb iżda ssir vera u tintiret u tibqa’ tintiret sakemm Ġesù jerġa’ jiġi.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: