Home > Aħbarijiet > L-Istati Uniti talbu lill-WHO biex twaqqaf kull ħidma favur l-abort.

L-Istati Uniti talbu lill-WHO biex twaqqaf kull ħidma favur l-abort.


ĠINEVRA, 25 ta’ Mejju (C-Fam) L-Istati Uniti talbu lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), din il-ġimgħa, sabiex twaqqaf kull ħidma min-naħa tagħha favur l-abort. F’żewġ stqarrijiet jitkellmu ċar, id-delegazzjoni tal-Istati Uniti sostniet li l-burokrazija fil-WHO għandha tirrispetta l-kunsens internazzjonali milħuq dwar is-saħħa sesswali u riproduttiva, u li l-abort mhuwiex dritt tal-bniedem.

WHA-Golden.pngImmexxija minn Kevin Moley, Assistent Segretarju tal-Istat għall-Organizzazzjonijiet Internazzjonali, l-Istati Uniti ħabbru tibdil dwar il-pożizzjoni li kienu ħadu fi grupp ta’ riċerka ftit magħruf, iżda influwenti ħafna fi ħdan id-dipartiment tas-saħħa riproduttiva tal-WHO, imsejjaħ il-Programm dwar ir-Riproduzzjoni tal-Bniedem. Id-delegazzjoni tal-Istati Uniti esprimiet “tħassib kbir” dwar l-attivitajiet tal-programm u qalet li l-Istati Uniti qed “terġa’ tevalwa” l-appoġġ tagħha. Fl-2004, il-Programm dwar ir-Riproduzzjoni tal-Bniedem ippubblika Strateġija Globali dwar is-Saħħa Riproduttiva fejn kien qed jitlob għal abort legali.

L-Istati Uniti ilmentaw ukoll li l-Programm għar-Riproduzzjoni tal-Bniedem jagħti “status elevat” lil NGO, li wieħed għandu x’jifhem li kienet qed tirreferi għall-International Planned Parenthood Federation (Federazzjoni Internazzjonali għall-Peternità Ippjanata), sabiex topera fuq l-istess livell ma ‘gvernijiet u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-waqt li opinjonijiet oħra huma esklużi. ”

L-U.S. ċanfret ukoll lill-WHO għax din qed turi l-fehma li s-saħħa sesswali u riproduttiva tinkludi l-abort, pożizzjoni li tmur kontra l-kunsens internazzjonali. Tard il-Ħamis bil-lejl, Dr Alma Golden, li tirrappreżenta il-‘U.S. Agency for International Development, USAID) – Aġenzija tal-Istati Uniti għall-Iżvilupp Internazzjonali, – fost l-akbar aġenziji li jagħtu fondi għall-iżvilupp fid-dinja, qalet lill-assemblea, “Aħna tkellimna b’mod ċar u f’ħafna okkażjonijiet konsistenti mal- International Conference on Population [and Development] Program of Action, li aħna ma jirrikonoxxux l-abort bħala metodu ta’ ‘family planning’, u lanqas nappoġġjaw l-abort fl-assistenza li aħna nagħtu għas-saħħa riproduttiva. It-terminu saħħa sesswali u riproduttiva ma jinkludix il-promozzjoni tal-abort u lanqas nirrikonoxxu dritt internazzjonali għall-abort. ”

Imwaqqaf fl-1972, il-Programm għar-Riproduzzjoni Umana kien l-ewwel li daħħal “saħħa sesswali u riproduttiva” fil-kuntest tan-NU permezz ta’ rapport intern fl-1992. Dik id-definizzjoni kienet tinkludi l-abort bħala mod ta’ kif tkun irregolata l-fertilità. Meta d-definizzjoni saret pubblika sentejn wara l-Konferenza tal-Kajr dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp, in-nazzjonijiet reġġgħuha lura. Id-dokument tal-Kajr intemm billi poġġa l-abort b’mod negattiv u eskluda l-abort bħala ppjanar tal-familja jew bħala dritt tal-bniedem.

Iċ-ċensura min-naħa tal-US qed tiġi fl-istess waqt li t-tmexxija tal-WHO qed timbotta l-abort b’mod aktar miftuħ milli fil-passat. Id-direttur eżekuttiv tad-WHO, Dr. Tedros Ghebreyesus ma mexiex bħal-predeċessur tiegħu li jibbilanċja l-opinjonijiet tal-pajjiżi donaturi liberali ma’ dawk tan-nazzjonijiet riċevituri tradizzjonali. F’kummenti dwar is-segretarjat responsabbli għal ‘Global Strategy for Women’s, Children’s and Adolescents’ Health’, huwa inkluda referenza għat-terminu kontroversjali “abort sikur.” Fl-istqarrijiet tagħhom din il-ġimgħa, in-nazzjonijiet “osservaw” biss l-istrateġija u ma approvawhiex. Bi tweġiba, is-segretarjat “innota” tħassib dwar mill-pajjiżi iżda qal li xorta waħda se jibqa’ miexi u jipprovdi servizzi ta’ kura tas-saħħa riproduttiva f’ambjenti umanitarji.

Ir-referenza tas-segretarjat għas-sitwazzjonijiet umanitarji hi sinjal inkwetanti għal dawk li qed jissieltu favur il-ħajja li jinsabu mħassbin li l-WHO tista’ tippromwovi l-abort bħala dritt f’ambjenti umanitarji.

Attivisti favur l-abort kienu qegħdin jagħmlu każ għal dan id-dritt permezz tal-liġijiet dwar il-kunflitt armat. Dak il-korp ta’ liġijiet jwarrab liġijiet nazzjonali dwar l-abort fil-kuntest ta’ kriżi u kunflitt. Id-delegati fil-kwartieri ġenerali tan-NU fi New York din il-ġimgħa nnegozjaw riżoluzzjoni umanitarja fl-Assemblea Ġenerali fejn l-Istati Uniti ħadmu biex iżommu s-saħħa sesswali u riproduttiva barra mill-ftehim. L-Istati Uniti se jiffaċċjaw il-kwistjoni, u l-oppożizzjoni Ewropea u Kanadiża, għal darb’oħra waqt is-Summit tal-G-7 fil-Kanada ix-xahar li ġej.

Ara aktar … https://c-fam.org/friday_fax/u-s-rebukes-world-health-organization-abortion-activism/

Rapport minn Louis Spiteri

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: