Ottubru ta’ Tama


Intervista ma’ Sr Frances Farrugia li ilha 35 sena missjunarja fil-Pakistan

Il-Ġimgħa 5 ta’ Ottubru 2018: Din is-sena, Ottubru huwa xahar speċjali li għandu jqawwi t-Tama Nisranija fil-poplu t’Alla. Dan għaliex bejn it-3 u t-28 ta’ dan ix-xahar qed isir Sinodu tal-Isqfijiet bit-tema Iż-Żgħażagħ, il-Fidi u d-Dixxerniment Vokazzjonali. Pero, Ottubru huwa wkoll xahar Marjan u żmien fejn il-Knisja Kattolika tiftakar b’mod speċjali f’dawk l-ulied li jgħixu f’pajjiżi missjunarji.

Għalhekk, mhijiex b’kumbinazzjoni li fil-messaġġ tiegħu għal-Ġurnata Missjunarja 2018, il-Papa Franġisku qed jagħmel appell biex “Flimkien maż-Żgħażagħ inwasslu l-Evanġelju lil kulħadd.” Fi żmienijiet fejn ħafna qed jitħassbu dwar in-nuqqas tas-sehem taż-żgħażagħ fil-knejjes, is-sejħa missjunarja fil-qlub tagħhom għadha ħajja. Din il-ħeġġa missjunarja qed tqarreb lil eluf ta’ żgħażaġħ Maltin lejn il-Fidi Nisranija permezz ta’ esperjenza ħajja u reali ta’ laqgħa ma’ Ġesu fil-fqir.

Bi tħejjija għal jum il-Missjoni li ser ikun imfakkar il-Ħadd 21 ta’ Ottubru, id-direzzjoni tal-Laikos talbet il-kummenti ta’ Sr Frances Farrugia, soru Dumnikana li ilha 35 sena twettaq ħidma missjunarja fil-Pakistan.

Tista’ taqra il-messaġġ ta’ Papa Franġisku għal Ġurnata Missjunarja 2018 hawn:  http://laikos.org/Fr1_Messagg_Jum-Missjoni_2018.htm

 

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.