Ħames seminaristi jingħataw il-Ministeru tal-Akkolitat


It-Tnejn, 5 ta’ Novembru 2018: L-Arċisqof Charles J. Scicluna istitwixxa ħames seminaristi fil-Ministeru tal-Akkolitat, waqt ċelebrazzjoni li saret nhar it-Tnejn, 5 ta’ Novembru 2018, fis-Seminarju tal-Arċisqof, ir-Rabat. Il-ħames seminaristi huma Christopher Bugeja, David Borg, Osmar Baldacchino, Jonathan Debattista u Tony Pace.

d5w_1072_20180212-154142024445.jpg

L-għoti tal-ministeru tal-akkolitat jimmarka pass ieħor importanti fil-mixja ta’ dawn is-seminaristi lejn is-saċerdozju. Bħala akkoliti huma se jingħatalhom l-uffiċċju li jgħinu lis-saċerdot u lid-djakni fil-qadi tal-ministeru tagħhom waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija, iqarbnu lil ħuthom Insara, fosthom ukoll lill-morda, jitħeġġu fl-imħabba personali tagħhom lejn l-Ewkaristija, u fuq kollox jgħixu b’mod li jkun jixirqilhom iservu fil-mejda tal-Mulej u tal-Knisja.

Il-komunità tas-Seminarju tħeġġeġ lil kulħadd biex jitlob b’mod speċjali għal dawn is-seminaristi u għal żgħażagħ oħrajn li huma msejħa biex jimxu wara Ġesù fil-ħajja saċerdotali jew reliġjuża.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.