Żjara Pastorali tal-Isqof t’Għawdex fil-Perù


It-Tnejn, 12 ta’ Novembru 2018: Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, beda żjara pastorali ta’ ftit jiem fil-Perù, fejn hemm il-missjunarju Dun Raymond Portelli, min-Nadur.mal-isqof-ta-iquitos.jpg

Il-Ħamis 15 ta’ Novembru, huwa qaddes flimkien ma’ Mons. Miguel Olaortua Laspra, Isqof ta’ Iquitos, fil-Parroċċa ta’ San Martin de Porres, li tagħha Dun Raymond hu l-Kappillan, u li qed tagħlaq ħamsin sena mit-twaqqif tagħha.

Matul din iż-żjara l-Isqof Grech żar erbat idjar tal-karità li fetaħ u qed imexxi Dun Raymond, li huwa wkoll tabib; żewġt idjar għar-riabilitazzjoni ta’ persuni bil-vizzju tad-droga; dar għal dawk li huma bla saqaf; u dar għall-morda bl-Aids. Terz mill-ispejjeż biex imexxi dawn id-djar jinġabru minn offerti li jingħatawlu minn Għawdex.

Fil-jiem li ġejjin, l-Isqof ta’ Għawdex mistenni jżur ukoll il-membri tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, li qegħdin f’Arequipa u f’Lima. F’Lima hu ser jiltaqa’ wkoll mas-Soċi tal-Museum li għandhom diversi ħidmiet f’din il-belt.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.