L-Arċisqof ta’ Strasbourg jagħti l-ħsieb tiegħu wara l-attakk li seħħ fis-suq tal-Milied


Il-Ġimgħa 14 ta’ Diċembru 2018: Wara l-attakk fis-suq tal-Milied ta’ Strasbourg l-Arċisqof tal-belt, Luc Ravel qal li l-attakk matul it-tħejjija tal-Milied juri l-bżonn tal-miġja ta’ Salvatur quddiem l-għerq tal-vjolenza li hemm f’kull wieħed minna.

ravel.jpgL-Arċisqof Ravel f’intervista mal-ġurnal La Croix qal li l-attakki kollha li saru fi Franza huma atti mġienen iżda ppjanati. Strasbourg hija l-kapitali tal-Milied iżda wkoll il-kapitali tal-Ewropa. Għal dawn l-aħħar snin iċ-ċentru ta’ Strasbourg kien imħares b’sigurtà kbira u dan l-attakk jidher li kellu l-għan li jiddestabilizza lill-pajjiż.

Huwa qal li l-Knisja hija qrib il-vittmi, il-familjari tagħhom u dawk kollha li qed iħossu s-sigurtà tagħhom mhedda. Saret ukoll velja ta’ talb li għaliha kienu mistiedna wkoll il-Protestanti għaliex fi żminijiet ta’ biża’ u qtigħ il-qalb hemm bżonn l-għaqda sabiex wieħed isib il-kuraġġ li jqum u jkompli fil-mixja tal-ħajja għaliex mhijiex sitwazzjoni faċli.

Mitlub jagħti messaġġ f’dan iż-żmien hekk iebes l-Arċisqof Ravel qal li hekk ngħixu ż-żmien tal-Avvent fl-istennija tal-Milied, festa ta’ ferħ kbir. Iżda l-ferħ tal-Insara dejjem jitħallat mal-uġigħ u dan l-attakk jikkonferma kemm ilkoll neħtieġu Salvatur li jsalvana mill-vjolenza interna tagħna li tidher fi vjolenza fiżika għamja, fi vjolenza soċjali bħall-vjolenza li qed isseħħ bħalissa f’Pariġi iżda wkoll fil-vjolenza tas-sentiment tagħna bi tweġiba għal dan kollu bħall-biża u l-mibgħeda.

L-Arċisqof ta’ Strasbourg kompla jgħid li fina lkoll hemm l-għeruq tal-vjolenza u Alla jiġi biex jgħammar fostna qalb din il-vjolenza.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.