Evanġelju tat-Tnejn 7 ta’ Jannar 2019


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 4, 12-17. 23-25

Il-kelma li tiftħila din is-silta hija l-verb ‘warrab’ Ġesù. Ma jgħidilniex x’għamel Ġesù jew x’qal, iżda jgħdilna li warrab. Dan il-verb nisimgħuh ħafna drabi f’San Mattew meta Ġesù jew persunaġġi oħra jiddeċiedu li jaħarbu minn xi theddida jew sitwazzjoni. Hekk ngħidu aħna għamlu l-maġi wara li ltaqgħu ma’ Ġesù; hekk għamlu l-ġenituri ta’ Ġesù u marru l-Eġittu; imbagħad reggħi għamlu l-istess meta marru lura Nazaret; hekk għamel Ġesù meta f’kapitlu 12 ħass it-theddida tal-Fariżej u hekk għamel ukoll wara li arrestaw lil Ġwanni biex joqgħod waħdu fis-skiet. Minn dan il-verb, fl-ewwel sekli, l-insara tal-ibliet, meta ħassew li ma setgħux jgħixu l-fidi tagħhom minħabba l-pressjoni kulturali tan-nies tal-ibliet u anke persekuzzjonijiet ħafna mill-ewwel Insara, iddeċidew li jwarrbu fid-deżert, u sejħu lilhom infushom ‘anakoreti’ sewwa sew minn dan il-verb li jħobb juża San Mattew.

L-Evanġelista kien konxju ħafna mit-theddid u s-sitwazzjonijiet li l-insara ta’ żmienu kienu qed iħabbtu wiċċhom magħhom u joffri soluzzjoni: mhux wisq li tiġġieled lil dawn is-sitwazzjonijiet iżda li twarrab u tfittex lil Alla fis-skiet u l-kontemplazzjoni, ‘il bogħod minn dak kollu li jista’ jfixkel. San Pawl iħeġġeġ lill-Isqof Timotju biex jitlob għal dawk li jiggvernaw ħalli dawk li jemmnu jkollhom iktar libertà biex jgħixu l-fidi.

Meta l-pressjoni tikber u l-bniedem iħoss li jrid jaħli wisq enerġija biex jgħix il-fidi taħt pressjoni kbira, huwa għaqli l-jwarrab biex isib il-kenn tiegħu f’Alla. San Mattew ma jgħħidilniex bis li Ġesù jwarrab, iżda jgħdilna wkoll li meta jwarrab il-bniedem isib id-dawl, isib il-qawwa kollha meħtieġa biex jerġa’ lura b’ħeġġa, entużjażmu u qawwa ġdida u hekk toħroġ iktar fil-beraħ il-qawwa ta’ Alla fil-bniedem li fid-dgħufija tiegħu jista’ jċedi malajr.

San Mattew, li qed jikteb għal-Lhud li kkonvertew għal fidi f’Ġesù Kristu, u li forsi baqgħu jaħsbu li s-slavazzjoni kienet monopolju tal-ġens tagħhom biss, jurina wkoll li f’Ġesù jseħħu l-kliem tal-Profeta Iżaija; Ġesù, li hu l-Kristu, huwa dawl għall-ġnus kollha, u għalhekk li jwaqqaf il-‘headquarters tiegħu f’Kafarnahum, belt fejn niex minn ħafna bnadi kienu jgħaddu jew jgħixu. Żabulon u Neftali kienu tnejn minn uklied Ġakobb jew Iżrael; kull wieħed mit-tnax-il iben kellu sehem ta’ art imsemmi għalih biex fih jgħixu dawk imnissla minnu u mhux l-ewwel darba li dawn it-tribù infirdu bil-vjolenza tal-gwerra minn xulxin.

F’din il-belt Ġesù għallem u agħmel wieħed mill-ewwel miraklu tiegħu meta wera l-qawwa tiegħu fuq ix-xitan; minn hemm Ġesù sejjaħ għal warajh l-ewwel dixxipli; hemm kien il-ħin kollu f’ambjent li jiltaqa’ man-nies li, għalkemm forsi ma kienux jemmnu daqs dawk li jaħsbu li jemmnu, kienu lesti li jilqgħu l-istedina tiegħu bie xjibdlu ħajjithom u jwarrbu biex isibu lil Alla. dak il-ħin stess telqu kollox u marru warajh.

Għalkemm San Mattew qatt ma jgħidilna bħal ma jagħmel l-Evanġelista Ġwanni, li Ġesù hu d-dawl, hawnhekk San Mattew qed jgħid li fid-dlam tal-popli qed jisbaħ jum ġdid, li għandu ddawlu xemx li ma tgħibx. Il-poplu li kien miexi fid-dlam ra dawl kbir, dawk li kienu f’art u dell il-mewt idda dawl għalihom.

Issa li l-festi tal-Milied saru ġa tifkira fuq facebook jew f’xi mkien ieħor, ma tkunx deċiżjoni żbaljata li nitwarrbu mqar ftit biex ingawdu d-dawl li ġabilna, dawl li jurina kemm, kemm aħna sbieħ f’għajnejn Alla, kemm hu sabiħ l-ambjent li ngħixu fih u isbaħ in-nies li jħabbtu wiċċhom magħna ta’ kuljum, u iktar u iktar kemm hija sabiħa t-triq li Alla qed jiftaħ għal kull wieħed u waħda minna, fix-xefaq ta’ dan il-jum li qatt ma jgħib.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.