Evanġelju tal-Ħadd 3 ta’ Frar 2019


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 4, 21-30

Fis-Sinagoga ta’ Nazaret. Din hija t-tieni parti tal-omelija li Ġesù għamel fis-Sinagoga ta’ raħal twelidu meta mar hemm nhar ta’ Sibt. L-ewwel parti smajnieha l-Ħadd li għadda. San Luqa mhux biss qed jgħidilna Ġesù min hu, iżda wkoll qed jgħid lil dawk li qegħdin jaqraw, li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma pagani li ħaddnu l-fidi f’Ġesù Kristu, li l-Kelma u l-ħidma ta’ salavazzjoni li hu ġie biex iġib fil-milja tagħha, ladarba kienet miċħuda u rrifjutata mil-Lhud, u b’emfasi jgħid il-Lhud li kienu jafuh għax trabba magħhom, issa ġew miftuħa għal kulħadd, għall-bnedmin ta’ rieda tajba, kif hu stess jirrakkonta fil-ġrajja tat-twelid ta’ Ġesù.

Din il-kitba seħħet illum, qed isseħħ illum, intom u tisimgħu. L-ispirtu tal-Mulej huwa dejjem fuq Ġesù biex iwassal il-ħniena li tifdi mingħand il-Missier lil-bnedmin kollha. U din il-ħidma ta’ salvazzjoni hija mibnija fuq żewġ pilastri. Taqta l-ġuħ fiż-żmien tan-nixfa u tfejjaq mill-mard li jherri l-ġisem u jaqta lill-marid mill-bqija tal-komunità. Dan joħroġ miż-żewġ eżempji li Ġesù setss iġib mill-profeta Elija u mill-profeta Eliżew. L-armla ta’ Sarefta ma kellhiex, la bie xtiekol hi u lanqas biex titma lil binha, kienu waslu fl-aħħar. Niekluhom u mmutu qatet lill-profeta Elija. Ma kienetx Lhudija imma tat kemm u temgħet lill-mibgħut ta’ Alla meta kien qe djiġi mfittex biex jinqatel minn niesu stess. Il-profeta Eliżew ordna lil Nagħman li kien Sirjan, biex jinżel jinħasel fix-xmara Ġordan. U dak twieled mill-ġdid.

Is-salvazzjoni li jġib Ġesù lill-bnedmin tad-dinja kollha, tagħti ħajja ġdida, twelled mill-ġdid fl-ilma tal-Ġordan, l-istess ilma li Ġesù nnifsu tgħammed bih u fuq nieżel jikkonfermah l-Ispirtu tal-Mulej. Hija salvazzjoni li tibdel lill-bniedem u minn ħlejqa li tmut jagħmlu ħlejqa tixbah lil Alla li jgħix għal dejjem. Tlibbsu b’dinjità ġdida li dak li hu maħluq ma jħassarhiex u ma jtemmhiex.

Is-salvazzjoni taqta l-ġuħ tal-bniedem u taħjih. Il-verb bil-malti taħji jfisser tagħti ħajja, donnu fih hemm il-ħsieb li Alla jerġa jonfoħ in-nifs tiegħu biex dak li jirċevih jgħix, iqum fuq saqajh u jimxi.

Ir-rejazzjoni tan-nies hi konfuża u għax ma jsibux soluzzjoni għal dak li qed jisimgħu, isiru aggressivi u vjolenti. Riedu jitfgħuh minn fuq xifer l-irdum, li belthom kienet mibnija fuqu, għal isfel. Il-bniedem li jaħseb li ma jaqbillux jisma’ dak li Alla jipproponi, jdur kontrih; il-bniedem li hu marbut mal-imgħoddi u jimmaġina li kull ma jingħad qe djipprova jifirdu minnu jasal anke biex jiddeċiedi li jipprova jeqred lil Alla. Huma żewġ estremi li jwasslu ll-bniedem magħluq fi ħsibijietu biex jeħodha kontra Alla, għax iqisu tfixkil għall-pjanijiet personali tiegħu.

Il-Kelma ta’ Alla nisimgħuha u fina tqanqal rejazzjoni. La hu għaqli nimmanipulaw il-Kelma ta’ Alla għall-għanijiet tagħna u lanqas hu għaqli li nikkompetu magħha. L-Ispirtu tal-Mulej hu fuq Ġesù biex nieħdu ħajja ġdida mill-Kelma tiegħu, ħajja li tiġi ssiġillata fil-mewt u l-qawmien tiegħu mill-imwiet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.