Evanġelju tal-Erbgħa 27 ta’ Frar 2019


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 9, 38-40

Ġwanni, ‘bin ir-ragħad’ jidher donnu estremista; jew abjad jew iswed, jew magħna jew kontra tagħna. Li kieku ma nafux minn fejn kien jew min hu, malajr konna naħsbu li hu wieħed minna l-maltin għax moħħu jirraġuna eżatt bħal tagħna; il-magna tal-ħsieb tiegħu inħadmet fuq din il-gżira u ġiet esportata x’imkien ieħor; jew qattiel jew alla. Il-ħsieb tan-nofs u tal-loġika ma jeżistix.

Ma naħsibx li huma l-maltin biss li jirraġunaw hekk, imma aħna donna neċċellaw fiha u minħabba f’hekk li ħafna drabi nixkanaw lilna nfusna f’balla nkwiet li jifridna fuq il-ħmerijiet. Ħobża ma nafux naħmuha kif għandu jkun; il-fran tagħna jew ma jsaħħnux biżżejjed jew isaħħnu żżejjed.

Dan raġel qed ikeċċi x-xjaten f’isem Ġesù u kien qed jirnexxilu, imma t-tkeċċija tax-xjaten, it-twettiq tal-ġid huwa monopolju tal-każin tagħna, tal-partit tagħna, tal-knisja tagħna, tal-għaqda tagħna. Mhux ta’ b’xejn li ġo din iż-żrara f’nofs il-Mediterran għandna mijiet ta’ każini, ta’ għaqdiet li lkoll jaħdmu u li għandhom l-istess għan.ma jistax ikun hemm għan iktar nobbli milli tagħmel il-ġid, ħlief wieħed, li tagħmel il-ġid f’isem Alla nnifsu, biex il-glorja tiegħu tidher u tasal sa truf l-art; iżda dan l-għan jittebba’ ħafna meta kulħadd jibda jaħseb li t-tajjeb huwa tiegħu biss, li l-ġid għandu d-dritt jagħmlu hu waħdu.

Meta nibdew naħsbu hekk, jitlalna għal rasna, niskru fil-ġid, u nagħmlu minn xulxin għedewwa. F’dan il-kas, minflok infittxu dak li jgħaqqadna, nivvintaw x’jista’ jifridna u minflok inkeċċu x-xjaten inkunu qed nistednuhom u nifirxulhom it-tapit l-aħmar biex huma jistrieħu fuq is-sufan waqt li aħna nagħmlulhom xogħolhom.

Ġwanni wkoll kien mill-Mediterran, il-baħar li jservi ta’ skuża għal ħafna difetti tagħna li ngħixu fih jew madwaru: għax aħna tal-Mediterran hekk magħmulin, u forsi ta’ dan nimmaġinaw li jistħoqqilna xi premju jew xi onorofiċenza. Jista’ jkun li aħna magħmulin hekk, imma l-onorifiċenza u l-unur ma teħdohomx għal kif għamlitek in-natura, jekk fil-fatt huwa hekk, imma għall-mod kif tirbaħ il-mod kif tkun magħmlu u tagħmel dak li hu sewwa, dak li hu xieraq, dak li jgħin fil-bini ta’ soċjetà u kommunità aħjar, aqwa milli hi, minkejja li teżisti fil-Mediterran.

Iżżommu lil ħadd milli jagħmel il-ġid, anzi ifirħu bih u b’għemilu, issieħbu miegħu jew seħbuh magħkom; il-ġid qatt m’għandu jkollu fruntieri, kuluri jew opinjonijiet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.