IL-KOBOR TAL-ĦNIENA TA’ ALLA


8. It-Tieni Ħadd tal-Għid — Festa tal-Ħniena Divina

Kitba ta’ Angelo Xuereb

Ħadd wara l-Għid il-Kbir il-Knisja tiċċelebra l-festa tal-Ħniena Divina, kif xtaqha li tkun Ġesù nnifsu fid-dehriet tiegħu lil Santa Fawstina Kowalska.

81-uGKGRncL

Il-ħniena ta’ Alla hija bla tarf u ħadd m’għandu jaqta’ qalbu li dnubietu mhux ser jinħafru, anki jekk ikun għamel dnubiet kbar. Kristu stess qalilna: “It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f’saħħithom, iżda l-morda” (Mt 9, 12).

Huwa veru li Alla huwa lest dejjem li jaħfer lill-midneb u jibqa’ jagħtih il-grazzja sal-aħħar mument ta’ ħajtu. Iżda għandna niftakru wkoll li ma għandniex nabbużaw mill-ħniena ta’ Alla iżda nkunu nixbhu lil dawk il-ħames xebbiet għaqlin li mlew il-musbieħ biż-żejt biex ikunu lesti li jilqgħu lill-għarus, jiġiferi kienu dejjem għassa bid-dawl tal-fidi u opri tajba.

Fil-Vanġelu tal-lum naraw li Ġesù Rxuxtat għadda mill-bibien magħluqa u deher lill-Appostli. Iżda Ġesù ma jidħolx f’qalbna jekk aħna ma nħalluhx jidħol. Ġesù jrid jidħol fil-qalb ta’ kull bniedem li hawn fid-dinja. Huwa ma ġiex fid-dinja biex jikkundanna iżda biex jagħtina l-ħajja ta’ dejjem. Dan jgħidulna huwa stess: “Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu” (Ġw 3, 16-17).

Alla jagħti grazzji biżżejjed lil kulħadd biex isalva, u min jintilef dan ikun tort tiegħu. San Pawl jikteb li Alla: “irid li l-bnedmin kollha jsalvaw u jaslu biex jagħrfu l-verità” (1 Tim 2, 4).

Għalhekk f’din il-festa tal-Ħniena Divina filwaqt li naraw il-kobor tal-imħabba ta’ Alla, fl-istess ħin nipproponu li ma nkunux traskurati fil-ħajja spiritwali tagħna. Ma nħallux l-imsiebaħ ta’ ħajjitna nieqsa miż-żejt tal-fidi.

Din il-festa tfakkarna li l-Kristjaniżmu mhux reliġjon ta’ biża’ iżda hija reliġjon ta’ maħfra, ħniena, imħabba u tama kbira f’Alla, kif tahielna l-Iben il-Waħdieni tiegħu.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.