ĠESÙ HUWA T-TRIQ EWLENIJA TAGĦNA


27. Il-Ġimgħa wara r-Raba’ Ħadd tal-Għid

Kitba ta’ Angelo Xuereb

Wieġbu Ġesù: “Jiena hu t-Triq, is-Sewwa u l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux bija” (Ġw 14, 6).

Dan il-ħsieb għandu jfakkarna li Ġesù huwa l-unika triq li twassalna għand il-Missier. Meta Alla bagħat lil Kristu, tana l-verità kollha “biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem” (Ġw 3, 15).

Dan il-ħsieb jesprimih tajjeb San Ġwann tas-Salib: “Għalhekk, jekk issa xi ħadd għadu jippretendi li jersaq quddiem Alla biex jistaqsih xi ħaġa jew jitolbu dehriet u rivelazzjonijiet, dan ikun qisu jagħmel insult lil Alla, għax juri li xejn ma jkun qiegħed iżomm ħarstu fuq Kristu, jew li jrid ikun jaf xi ħaġa barranija u ġdida mhux permezz ta’ Kristu” (Telgħa għall-Għolja tal-Karmelu, II, 22).

Alla, permezz, ta’ Kristu tana kollox. Dan ma jfissirx li ma għadhomx isiru dehriet privati bħal meta Ġesù deher lil Santa Margerita Marija Alacoque jew Santa Fawstina Kowalska. Iżda l-ebda persuna, lanqas jekk imxiet kemm imxiet ‘il quddiem fil-qdusija, ma għandha tixxennaq għal dawn il-grazzji. Alla jagħtihom lil min irid u dejjem iridu l-approvazzjoni tal-Knisja li tiddikjara li dawn jaqblu mad-depożitu tal-fidi. Ma rridux ninsew li matul l-istorja tal-Knisja ħafna qalu li raw dehriet iżda kien jidher li dawn id-dehriet ma kinux ġejjin minn Alla. Ix-xitan jaf iqarraq anke billi jidher ta’ qaddis!

Hawn niftakru wkoll fil-ħafna reliġjonijiet li mhumiex Insara. Dawn ma għandhomx il-milja tal-verità li huwa Kristu, iżda għandhom ħafna tajjeb. Iħaddnu u jxandru diversi valuri u spiritwalità profonda. Id-differenza bejnhom u bejn ir-reliġjon Nisranija hija din: filwaqt li r-reliġjon Nisranija hija rrivelata, dawn ir-reliġjonijiet huma frott tat-tfittxija tal-bniedem anki permezz tal-grazzja ta’ Alla. Il-Knisja llum tridna nirrispettaw il-kuxjenza ta’ dawn il-bnedmin filwaqt li nkunu xhieda għalihom tal-verità ta’ Kristu.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.