Knisja konsagrata mill-ġdid wara attakk terroristiku


Knisja Kattolika fit-tramuntana tal-kapitali tas-Sri Lanka, Colombo, kienet ikkonsagrata, mill-ġdid wara li kienet ġarrbet ħsara f’attakki suwiċidi bil-bombi li seħħew nhar l-Għid il-Kbir.

srilanka
Image processed by CodeCarvings Piczard ### FREE Community Edition ### on 2019-06-12 16:07:06Z | |

Waqt iċ-ċerimonja tal-konsagrazzjoni tal-knisja ta’ San Bastjan, inkixfet irħama li fuqha hemm imnaqxxin l-ismijiet tal-114-il persuna li kienu nqatlu f’dan l-attakk.

L-attakki koordinati fuq tliet knejjes u erbgħa lukandi saru min grupp li jgħid li hu marbut mal-ISIS.  Fl-attakki mietu b’kollox 259 ruħ u sfaw feruti madwar 500 oħra.

Tnejn mill-knejjes kienu kattoliċi u oħra evanġelika, li fiha wkoll inqatlu ħafna nies, għalkemm l-akbar għadd ta’ vittmi kien fil-knisja ta’ San Bastjan.

Il-Kardinal Malcolm Ranjith, Arċisqof ta’ Colombo ppresjieda l-quddiesa u l-konsagrazzjoni fil-preżenza ta’ għadd kbir ta’ fidili, fosthom familji tal-vittmi.

Il-knisja reġgħet inbniet bl-għajnuna ta’ persuni mill-forzi tal-baħar tas-Sri Lanka.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija