Il-Papa Franġisku żied isem illustri ieħor mal-membri tal-Akkademja prestuġjuża tax-Xjenzi. Il-Professur Stefan Walter Hell hu direttur ta’ żewġ istituti xjentifiċi magħrufa fil-Ġermanja.
Hu twieled ir-Rumanija fit-23 ta’ Diċembru, 1962 u fl-2014 ingħata l-ġieħ tal-Premju Nobel għall-Kimika bħala rikonoxximent għar-riċerka dwar il-mikroskopji.
Dil-ħatra issorprendiet lil Hell li stqarr li hu kuntent ħafna għax l-Akkademja Pontifiċja għax-Xjenzi hi waħda mill-akkademji l-aktar presitġjużi attivi dwar il-problemi li jolqtu lill-umanità.
Il-professur qal li s’issa m’għandu ebda pjan dwar il-kontribut li jista’ jagħti fi ħdan l-Akkademja Pontifiċja imma jittama li jkun jista’ jagħti sehemu fil-ħidma li qed twettaq bħalissa.
Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija