Il-Kenn tal-Knisja

Ix-xemx u s-sħana ġieli jħajjru kemm Maltin kif ukoll turisti biex jidħlu x’imkien għall-kenn. Knisja jew kappella hi ideali għal dan. U ħadd ma jgħidlek: “Għalfejn dħalt hawn?”
Fil-knisja tieħu servizz ‘gratis et amoris’, għajr xi ftit ċenteżmi. Issib fejn toqgħod komdu bil-qiegħda, f’xi knejjes ukoll b’arja kundizzjonata. Għal xi parir siewi waqt il-Qrar ma tħallas xejn, lanqas għall-kor tal-kant ta’ livell għoli u għall-mużika tal-orkestra.

Dak li mhux sew fil-Knisja għandna dritt ngħidu li hu hekk, u naħdmu biex l-affarijiet imorru aħjar. Imma rridu wkoll nirrikonoxxu l-pożittiv, li hu ħafna. B’attitudni bħal din, nindunaw li qed inkunu iktar kuntenti.

Kitba ta’ Joe Galea

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading