Persekuzzjoni kontra l-Insara fl-Eritrea


Qed tikber il-mibegħda  lejn il-Knejjes Insara mill-awtoritajiet fl-Eritrea hekk kif l-istat qed jaħtaf l-iskejjel, il-kliniċi, is-seminarji u l-kunventi. Dan qed jillimita l-ħidma ta’ servizzi soċjali u tal-edukazzjoni u qed ifixkel il-missjoni tal-Knisja. Il-Knisja Kattolika tagħmel 5% tal-popolazzjoni ta’ 6 miljun li hemm fl-Eritrea. Mijiet ta’ eluf ħarbu mill-pajjiż f’dawn l-aħħar snin, ħafna minnhom fi vjaġġi perikolużi lejn l-Ewropa mid-deżert u l-baħar Mediterran.

https://cruxnow.com/church-in-africa/2019/09/19/eritrean-bishops-protest-government-seizure-of-catholic-schools/

Rapport minn Joe Galea