L-istatwa tal-Madonna ta’ Luján, li 37 sena ilu kienet fil-kappella tas-suldati Arġentini fil-gwerra tal-Gżejjer Falklands se tittieħed lura f’ġest ta’ rikonċiljazzjoni wara li tkun imbierka mill-Papa Franġisku. Fil-preżent ix-xbieha hi miżmuma fil-Katidral Militari ta’ San Mikiel u San Ġorġ f’Aldershot, l-Ingilterra. Fil-gwerra tal-Falklands kienu mietu 649 suldat Argentin u 255 suldat Ingliż.
Rapport minn Joe Galea