Il-Mid-Ulster Mail rappurtat bi prominenza il-funeral tat-tfajla, Aimee Brady, ta’ ħdax il-sena, li mietet fi sptar ġo Belfast waqt li kienet qed tistenna li jsirilha trapjant ta’ qalbha. Hija kellha ħuha akbar minnha.
Il-ġenituri ta’ Aimee, Valerie u Stephen li ddedikaw ħajjithom jieħdu ħsieba qalu li binthom mietet b’mod trankwill ħafna waqt li kienet imdawwra mill-familja tagħha, fosthom ukoll il-nanniet.
Dan il-każ jerġa jqajjem, anke f’Malta, l-urġenza u l-importanza ta’ aktar persuni li jwieġbu għall-appell għad-donazzjoni ta’ organi. Minbarra li l-għoti ta’ demm u organi, huwa bżonn kontinwu, imma fuq kollox dan huwa att kbira ta’ karità lejn l-oħrajn.
Persuna tista’ tirreġistra x-xewqa tagħha li tagħti l-organi tagħha wara l-mewt fuq dan is-sit …