Arkivista ġdid għall-Kurja ta’ Għawdex


Fl-1 ta’ Novembru 2019, l-E.T. Mons. Mario Grech, Amministratur Appostoliku għal Għawdex, ħatar lil DUN JOSEPH ATTARD, mill-Parroċċa ta’ Santa Marija Inkurunata, iż-Żebbuġ, bħala:

• Arkivista tal-Kurja tal-Isqof, il-Belt Victoria;
• Librar tal-Librerija Teoloġika tas-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù;
• Kollaboratur Parrokkjali fil-Parroċċa tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Fontana.

Dun Joseph AttardDun Joseph, li twieled fl-1989 u ġie ordnat saċerdot fl-2016, għadu kemm kiseb il-Liċenzja fil-Beni Kulturali tal-Knisja mill-Università Pontifiċja Gregorjana ta’ Ruma, fejn studja l-Istorja tal-Knisja. Bejn l-2016 u l-2019 hu wettaq ukoll ħidma pastorali bħala saċerdot kollaboratur fil-Parroċċi ta’ San Albertu l-Kbir u ta’ San Girgor il-Kbir, Ruma.