Il-Papa Franġisku fit-Tajlandja


Il-poplu tat-Tajlandja ta merħba kbira lill-Papa Franġisku b’ferħ u bi spirtu profond ta’ ospitalità u rispett li huwa tant magħġun fil-kultura tagħhom.

Il-ġurnata tal-Ħamis kienet tinkludi Ċerimonja ta’ Merħba uffiċjali, laqgħa mal-Awtoritajiet, is-Soċjetà Ċivili u l-Korp Diplomatika, żjara lill-Patriarka Buddista Suprem, żjara lill-isptar Kattoliku St Louis u Quddiesa fl-Istadjum Nazzjonali li għaliha attendew sittin elf ruħ.

Ara d-diskors tal-Papa Franġisku lill-Awtoritajiet …