138 persuna jiggradwaw mill-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali


138 persuna temmew b’suċċess wieħed mill‑14‑il kors li ġew offruti matul l‑aħħar sena akkademika mill‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali flimkien ma’ entitajiet oħra tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Iċ‑ċerimonja annwali tal‑gradwazzjoni saret nhar it‑Tlieta, 26 ta’ Novembru 2019, fil‑knisja tas‑Salib Imqaddes, il‑Furjana, u tmexxiet mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi. Iċ‑ċerimonja bdiet b’Quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla u wara saret il‑preżentazzjoni taċ‑ċertifikati.

Il‑korsijiet li temmew il‑parteċipanti kienu fl‑oqsma tal‑familja, it-teoloġija, l‑istorja tal‑Knisja f’Malta, il‑kura pastorali fl‑iskejjel, id‑dimensjoni spiritwali fil‑kura tas‑saħħa, l‑għeruq tal‑fidi nisranija fil‑Ġudaiżmu, il‑ħidma mal‑adolexxenti u ż‑żgħażagħ, l‑istudji fl‑ispiritwalità Franġiskana, Karmelitana, Injazjana u l‑Akkumpanjament Spiritwali. Il‑korsijiet jaqgħu taħt ir‑raba’, il‑ħames u s‑sitt livell tal‑Malta Qualifications Framework (MQF) u tal‑European Qualifications Framework (EQF).

L‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali din is‑sena beda l‑14‑il sena ta’ ħidma, u din kienet it‑13‑il ċerimonja ta’ gradwazzjoni. L‑Istitut twaqqaf fl‑2005 biex iwieġeb għas‑sejħa li ħarġet mis‑Sinodu Djoċesan li joffri formazzjoni lill‑Insara li jixtiequ jinżlu aktar fil‑fond fl‑għarfien tal‑fidi u jagħtu kontribut aħjar fil‑Knisja u fis‑soċjetà.

Fis‑sena akkademika preżenti, l‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali u diversi entitajiet formattivi oħra fil‑Knisja qed joffru 12 il‑kors differenti. Fost dawn hemm il‑kors dwar il‑Ministeru Pastorali tal‑Familja li ser jibda fis‑16 ta’ Jannar, l‑Iskopertà tal‑Fidi permezz tal‑Arti li ser jibda fil‑21 ta’ Jannar u l‑kors dwar l‑Iżvilupp tar‑Responsabbilità Ambjentali li ser jibda fis‑16 ta’ Frar 2020. Għal dawn il‑korsijiet qed jattendu madwar 150 parteċipant.

Għal iktar informazzjoni dwar il‑korsijiet żur http://www.maltapfi.org, jew ċempel fuq 22039513.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.