Illum il-Knisja tfakkar lil San Ġwann Damaxxenu


Fl-4 ta’ Diċembru l-Knisja tfakkar lil San Ġwann Damaxxenu, Saċerdot u Duttur tal-Knisja li għex bejn wieħed u ieħor bejn is-snin 674 sa 749.

San Ġwann twieled għall-ħabta tas-sena 674, f’Damasku, il-belt ewlenija tas-Sirja. Missieru, li kien uffiċjal fid-Dipartiment tal-Finanzi tal-belt ta’ Damasku, xtaq jagħti edukazzjoni tajba lil ibnu, u fdah f’idejn patri Kożma.

Taħt patri Kożma ż-żagħżugħ għamel progress ġmielu kemm fix-xjenza reliġjuża u kemm fix-xjenzi profani.

Meta l-Insara tilfu l-kontroll ta’ Damasku, u l-Musulmani ħadu t-treġija tal-belt f’idejhom, missieru kompla jservi lill-Gvern Musulman. Hu mifhum li Ġwanni laħaq flok missieru.

Meta l-Musulmani bdew inaqqru d-drittijiet reliġjużi tal-Insara, Ġwanni ddeċieda li jkun jaqbel iktar għal ruħu u għall-ġid tal-komunita’ nisranija li jirriżenja mill-post li kellu mal-Gvern, u daħal fil-monasteru ta’ San Saba, ħdejn Ġerusalemm, għall-ħabta tas-sena 715, u sar saċerdot.

Fis-sena 726 l-Imperatur tal-Lvant, Ljun minn Iżawrja, ikkundanna l-użu tax-xbihat reliġjużi mill-Insara. San Ġwann mill-ewwel ħadha kontra dan l-indħil minn Gvern sekular f’materji reliġjużi. Hu sostna li l-insara kellhom kull dritt li jirrapreżentaw lil Ġesù, lill-Madonna u lill-Qaddisin permezz ta’ stampi u xbihat. Minħabba f’hekk Ġwanni ġibed fuqu l-korla tal-Imperatur, u tas-suċċessur tiegħu Kostantinu Kopronimu. Ġwanni kiteb ħafna wkoll kontra ereżija oħra li kienu qed iħabbtu l-Knisja f’dawk iż-żminijiet.

Fost il-kitbiet tiegħu nsibu wkoll l-opri “Il-Għajn tal-Għerf”, “Dwar l-Ereżija”, “Tifsir bir-reqqa tal-Fidi Nisranija”, u bosta omeliji sbieħ fuq Marija, l-Omm t’Alla. Hu kien teologu brillanti, poeta u kittieb mill-aqwa u oratur elokwenti, tant li qala’ l-isem ta’ “Kriżorroas” (Xmara tad-deheb). Huwa l-aħħar wieħed fost is-Santi Padri Griegi.

Miet fl-4 ta’ Diċembru tas-sena 749. Il-kamra li fiha għex għadha ppreservata fil-monasteru tiegħu ħdejn Ġerusalemm. Il-Papa Ljun XIII iddikjarah Duttur tal-Knisja, fl-1890.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.