Illum il-Knisja tfakkar lil San Sabinu


Fit-30 ta’ Diċembru l-Knisja tfakkar lil San Sabinu, Isqof u Martri li ħa l-martirju fis-sena 305.

San Sabinu jingħad li kien isqof ta’ Faenza (280) u ta’ Assisi (290). Skont il-“Passio” tiegħu, miktub fis-seklu V u li dwaru hemm dubji serji Sabinu kien isqof waqt il-persekuzzjoni qalila kontra l-insara, imqanqla mill-Imperatur Djoklezjanu, il-gvernatur ordnalu biex jadura ‘l-allat tal-imperu. Iżda l-isqof ma riedx. Kollu mgħaddab, il-gvernatur ordna li b’kastig jaqtgħu idejn il-qaddis u jixħtuh fil-ħabs.

Fil-ħabs Sabinu fejjaq raġel għama, u din l-aħbar malajr xterdet u sema’ biha wkoll il-Gvernatur Venustianus, li hu kien ukoll ibati b’għajnejh. Dan talab lil Sabinu biex ifejqu, u meta fil-fatt fejqu, talab li jitgħammed hu, martu u ż-żewġ uliedu subien. Meta Djoklezjanu sar jaf b’dan, ordna li Sabinu, il-gvernatur u l-familja tiegħu jiġu msawtin u maqtulin. Kien għall-ħabta tas-sena 305.

Il-qabar ta’ San Sabinu jinsab ftit aktar minn mil bogħod minn Spoleto, u l-kult lejh xtered lejn Assisi, u bliet oħra fl-Umbrija, fl-Italja. San Sabinu u sħabu martri huma mfakkrin flimkien fit-30 ta’ Diċembru.

Qatluhom qrib il-belt ta’ Spoleto, fl-Umbrija, fl-Italja Ċentrali fis-sena 303. Kemm Assisi, kif ukoll Faenza, Spoleto u Chiusi jissemmew bħala l-belt li tagħha kien isqof. Barra mill-gvernatur Venustjanu u l-familja kollha tiegħu, jissemmew ukoll Marċell u Eżuperanzju li kienu djakni miegħu. Wara San Rufino, li lilu hu ddedikat il-Katidral ta’ Assisi, San Sabinu hu l-iktar martri meqjum f’din il-belt.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.