Il-Papa Emeritu Benedittu XVI qed jiddefendi ċ-ċelibat mill-midja u mhux mill-Papa Franġisku

Print Friendly, PDF & Email

Għadu kif ġie ppubblikat ktieb qasir mill-Papa Emeritu Benedittu XVI u l-Kardinal mill-Guinea Robert Sarah li jiddefendi bil-qawwa ċ-ċelibat fil-Knisja. Il-ktieb, bl-isem ta’ Des Profoundeurs De Nos Couers (Mill-Qiegħ ta’ Qalbna) jikkonsisti f’kapitlu minn kull ko-awtur u introduzzjoni u konklużjoni flimkien.

Minnufih il-midja internazzjonali ħadet vantaġġ minn dan il-ktieb u pinġiet lil Benedittu kontra u lil Franġisku favur l-idea ta’ ordinazzjoni ta’ saċerdoti miżżewġa. Fost oħrajn, Twitter ġabha li Benedittu qed jimponi lil Franġisku biex l-idea ma sseħħx. Mhu veru xejn li l-Papa Franġisku hu favur li ċ-ċelibat ma jibqax għas-saċerdot tant li f’Ġunju tal-2019 kien qal: “Iċ-ċelibat hu rigal lill-Knisja u ngħid li ma naqbilx li jkun hemm għażla għalih.” Madankollu jista’ jkun li l-Knisja tikkunsidra eċċezzjonijiet limitati fejn nies ta’ ħajja eżemplari jiġu magħżula biex jipprovdu s-Sagramenti f’naħat remoti tad-dinja fejn is-Saċerdot jarawh xi darba f’sena.

https://cruxnow.com/news-analysis/2020/01/benedict-is-defending-celibacy-from-the-media-not-from-francis/

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: