Lectio Divina tal-5 Ħadd matul is-Sena A


Vanġelu:  Fil-Liġi u l-Profeti, il-Lhud kienu jsibu li Israel kien ikun tassew imbierek meta jaħkem fuq il-popli kollha tad-dinja.  Fit-Talmud (ktieb ieħor qaddis għal-Lhud) insibu li kull Lhudi għad ikollu 2480 seftur biex jaqdih.  Mhux ta’ b’xejn, mela, meta semgħu il-beatitudni ħasbu li ġesu ried jeqred il-Liġi u l-Profeti.

Ġesu jafferma: “Jien ma ġejtx biex neqred il-Liġi imma biex inwassalha għall-perfezzjoni”, i.e. biex inneqqiha mit-tgħawwiġ li lwejtuha, u nispjegaha kif irid il-Missier. L-anqas tikka waħda ma titneħħa sakemm iseħħ kollox skond ir-rieda t’Alla.  Il-kelma Torah ġejja mill-kelma “jara’” li tfisser vleġġa.  It-Torah hija l-vleġġa li turi t-triq it-tajba.  Imma Ġesu llum qed jgħid li t-Torah m’għandhiex l-aħħar kelma assoluta li qal Alla.  Il-bnedmin issa jridu jagħmlu pass ‘il quddiem b’dawn is-6 eżempji (4 llum u 2 il-Ħadd li ġej) li juru fejn hemm bżonn jaslu biex jilħqu l-milja tagħhom (jirrejalizzaw ruħhom).  Min jieqaf sa fejn jasal it-Torah biss, ikun għadu nofs triq.

  1. “La toqtolx”: min kien iżeblaħ xbieha tal-imperatur, kien qisu qed iżeblah l-imperatur stess u kien jinqatel. Mela min iżeblah bniedem maħluq fuq ix-xbieha t’Alla jkun qed iżeblah lil Alla.  Dan il-kmandament ħa kien fit-Torah.  Ġesu ma jneħħihx imma jwessa’ t-tifsira tiegħu. Ħati jkun mhux biss dak li joqtol fiżikament (kif kienu jaħsbu l-Lhud) imma wkoll dak li jferi l-qalb bit-tmaqdir, kalunja, żvelar ta’ xi sigriet jew korla.  Hemm korla tajba li titqanqal mill-imħabba.  Alla stess jinkorla meta jarana sejrin fit-triq il-ħażina. Ġenitur jagħmel l-istess biex jikkoreġi ‘l uliedu.  Il-problema tiġi meta wieħed ma jikkontrollax din il-korla u jibda jgħajjat u jgħajjar.  Din tista’ twassal għall-ġlied u mibgħeda u xewqa li teħles mill-ieħor b’xi mod: “Nirra’ Alla jiħdok”. Min jirċievi dan kollu, għalkemm ma jmutx, titteħidlu l-paċi tal-qalb u l-moħħ, jitlef il-ferħ u jidħol f’baħar inkwiet.  “Waqt il-korla tdnibx. Tħallix ix-xemx tinżel fuq il-korla tiegħek.”  (Ef.)  Nisrani tajjeb, mela, jrid mhux biis jobdi l-ittra tal-liġi imma kulma timplika. Tant his erja dil-ħaġa li Ġesu jgħid: “Qabel ma tersaq viċin t’Alla, trid tinħasel, mhux minn barra biss (kif kienu jagħmlu l-Lhud) imma b’tali mod li nkunu paċi ma’ kulħadd.  Waqt li Lhudi kien ikun qed jitlob u jtella’ l-offerta tiegħu u, p.e., jiġi serp ma’ saqajh, ma kellux permess jinterrompi t-talba tiegħu. Ġesu tant jagħmel enfasi fuq dil-ħaġa li lin-Nisrani jgħidlu: “Jekk, waqt li qed ittella’ l-offerta, tiftakar li nqast lil ħuk, interrompi – ħalli l-offerta nofs triq, mur l-ewwel irranġa ma’ ħuk, imbagħad ejja kompli.” Fl-ewwel sekli, l-Isqof kien imħeġġeġ jitkixxef min kellu xi jgħid sa nhar it-Tnejn.  Biex sal-Ħadd  jilħqu jirranġaw.
  2. “Tagħmilx adulterju.” “…ġa għamel adulterju f’qalbu”. Fil-qalb jibda kollox.  Ġesu kien iħalli xi nisa jħaddnuh, ibusulu riġlejh, jidilku xagħru biż-żejt ifuh: għax kien pur f’qalbu. Il-fedelta fiż-żwieġ tibda fil-qalb. Min għandu qalbu pura jara ‘l Alla (beatitudni). Jekk wieħed ma jikkontrollax ix-xewqat ħżiena tal-qalb, jispiċċa biex jagħmel adulterju bil-fatti. “jekk għajnek hija okkażżjoni tad-dnub…”meta jkollok ħajra għad-dnub u għada f’qalbek jew (a) tkompli tittratjeni jew (b) taqta’ fil-laħam il-ħaj mill-ewwel.  Ġesu jgħidilna biex nagħżlu t-tieni bla telf ta’ żmien. L-għajn tifisser il-konkupixxenza; l-id l-azzjoni.  Aqta’ mill-ewwel għax il-konsegwenzi huma kbar – separazzjoni, jsofru l-mara (r-raġel) u t-tfal u t-tfal tat-tfal.  Ħajtek minn issa ssir Infern.  Aqta’ mill-ewwel qabel ix-xewqat isiru fatti.
  3. “Min jibgħat lill-martu jtiha l-kitba tad-divorzju”. Mose qatt ma qabel li raġel iħalli ‘l martu. Imma billi kien hemm min jagħmel hekk, allura ordna biex almenu jagħtuha dil-kitba biex jipproteġi lill-mara. Għax mingħajra il-mara mibgħuta tkun f’periklu ta’ tħaġġir jekk tipprova tifforma familja ġdida. Il-kelma Lhudija “get” (divorzju) ma teħisti mkien fil-Bibbja. M’hemm l-ebda kelma li fiha g u t wara xulxin. Ċar li Alla ma riedx li dil-kelma tidher fl-Iskrittura.  Il-kelma li tidher tfisser “ripudju” (tibgħat jew tabbanduna lil martek).  “Jiena nobgħod ir-ripudju għax hija ferita fl-imħabba, li jien irrid li tkun bla mittiefsa” (Malachi). Ġesu jasal biex jgħid li min ikeċċi lil martu jagħmel adulterju, u min jiżżewweġ waħda mibgħuta jagħmel adulterju.  Dan ma jfissirx li jagħmel dnub, jitlob maħfra, iqerr u daqshekk.  Din għażla li twassal għar-rovina tiegħu, tal-mara u tat-tfal. Hekk wieħed ma jibqax aktar uman.  Alla ħalaq is-sess biex jintuża mhux bħala kapriċċ imma biex joħloq l-imħabba.  Min jgħid: “Iż-żminijiet inbidlu – illum liberi li nagħmlu li rridu.” Taħsbu li dawn qed jgħixu aktar umani minn oħrajn li qed jgħixu s-sess skond il-pjan t’ Alla?  Inkunu sinċieri.  Ħasra li dad-diskors insibuh ukoll f’ħalq ħafna Nsara.
  4. “Taħlifx”. Jekk tħoss il-bħonn li taħlef ifisser li int mhux emmnut.  In-Nisrani konvint u sinċier kull kelma li toħroġ minn fommu hija garanzija ta’ verita.  Ġesu qed jgħid li ma tagħmilx sens li taħlef.   Għax min jaħlef falz kien mistenni li Alla jeqirdu b’sajjetta.  Issa Alla m’hu qatt se jagħmel dan.  Mela l-kliem tagħna għandu jkun dejjem “iva”  “iva’, le, le.

Sors:  lachiesa.it/omelie/fr fernando armellini

Published by

laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.