Illum il-Knisja tfakkar lil Santa Ewfrasja


Fit-13 ta’ Marzu l-Knisja tfakkar lil Santa Ewfrasja, Verġni li għexet bejn is-snin 380 sa 410.

Santa Ewfrasja verġni, kienet bint waħdiena ta’ Ewfrasja u ta’ Antigonu, senatur ta’ Konstantinopli. Missierha miet ftit wara twelidha, u ommha kkonsagrat ’l Alla l-bqija ta’ ħajjitha.

Biex twettaq dan il-ħsieb, ħalliet il-belt kapitali u ma’ bintha ta’ seba’ snin marret l-Eġittu , fejn għammret f’wieħed mill-oqsma art li kellha hemm, ħdejn kunvent tas-sorijiet, li tagħhom hi addottat l-għamla ta’ ħajja qalila.

L-eżempju tal-omm qanqal fiċ-ċkejkna x-xewqa li tidħol mas-sorijiet, u ommha fdatha f’idejn is-superjura, sabiex tħarriġha fil-ħajja axxetika.

Ewfrasja issa qabdet iktar bil-ħeġġa minn qabel it-triq tal-perfezzjoni, u saret għal ħutha s-sorijiet mudell ta’ umiltà, tjubija u karità. Kull tentazzjoni li kellha kienet tmur tistqarrha lis-superjuri, sabiex b’dan l-att ta’ umiljazzjoni, tkeċċiha.

Mietet ta’ xi tletin sena. San Ġwann Damaxxenu jsemmiha fit-tielet taħdita tiegħu dwar ix-xbihat sagri.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.