Min qal li mhux sa jkollna Ġimgħa l-Kbira?

Print Friendly, PDF & Email

Min qal li mhux sa jkollna Ġimgħa l-Kbira dis-sena? Mela ma rajtuhiex il-Purċissjoni immensa ta’ persuni li nstabu pożittivi għall-Coronavirus? M’intomx tarawha l-Via Crucis tal-ħaddiema tas-saħħa li tielgħa l-Kalvarju tal-pandemija, mifnija u mbeżżgħa f’qalbha li mhux sa jirnexxilha tirreżisti? Ma rajtuhomx it-tobba bl-uniformi bajda jerfgħu s-salib doloruż tal-persuni kontaminati? M’intomx tarawhom ix-xjenzati jegħrqu l-ilma u d-demm, bħal fil-Ġetsemani, ifittxu trattament jew vaċċin?

Nitlobkom, tgħidux li Ġesù mhuwiex għaddej mit-toroq din is-sena… meta tant persuni jkollhom joħorġu jaħdmu biex lilna kollha jġibulna l-ikel u l-mediċini. Ma rajtuhomx tant Ċirinej joffru ruħhom b’mod jew b’ieħor biex jerfgħu s-slaleb tqal? M’intomx taraw kemm Veronki, esposti għall-infezzjoni biex jixxuttaw il-wiċċ ta’ persuni kontaminati?

Min minna ma jilmħux lil Ġesù jaqa’ fl-art, kull darba li nisimgħu l-aħbar li tkessaħna tal-għadd tal-vittmi? Mhumiex jgħixu l-Passjoni forsi d-djar mimlija bil-persuni anzjani u dawk li jduru bihom… bil-fattur ta’ riskju iktar għoli? Mhix qisha kuruna tax-xewk għat-tfal obbligati jgħixu din il-kriżi magħluqin, bla ma jistgħu jifhmu daqshekk l-għaliex… bla ma jistgħu jiġġerrew fil-ġonna u fit-toroq? Mhumiex iħossuhom inġustament ikkundannati l-iskejjel, l-universitajiet, u tant negozji li ġew obbligati jagħlqu?

Forsi l-pajjiżi kollha tad-dinja mhumiex mogħtija bil-ħarta, imsawta mill-flaġell ta’ dan il-virus! U f’din it-triq ta’ tbatija ma jonqosx Ponzju Pilatu li jaħsel idejh… id-diriġenti li jfittxu sempliċiment kif ħa jiksbu vantaġġ politiku jew ekonomiku mis-sitwazzjoni, mingħajr ma jagħtu kas tal-persuni? Forsi mhumiex ibatu, bla ma jistgħu jagħmlu xejn bħad-dixxipli mingħajr l-Imgħallem, tant familji u persuni waħidhom magħluqa d-dar, bosta bil-problemi, bla ma jafu kif jew meta se jispiċċa kollox?

Il-wiċċ imnikket ta’ Marija forsi ma jilmax f’dak ta’ tant ommijiet li qed ibatu minħabba l-mewt, fis-skiet u mill-bogħod, ta’ persuna għażiża? Ma tixbahx it-tiċrit tal-libsa… it-tbatija ta’ tant familji u ta’ intrapriżi żgħar li qed jaraw itiru mar-riħ il-flus li b’għaqal irnexxielhom jaħżnu? L-agunija ta’ Ġesù fuq is-salib forsi ma ġġagħalniex naħsbu fin-nuqqas ta’ ventilaturi fl-ITU? Nitlobkom, tgħidux: Addio Ġimgħa l-Kbira… addio Għid din is-sena! Le, tgħidux hekk! Għax id-dramm tal-Passjoni aktarx qatt ma kien daqshekk reali u awtentiku, u l-istess ħajja tagħna qatt ma stenniet b’daqshekk ħerqa u tama l-Qawmien!

Don Miguel Àngel Ferres, Knisja ta’ San Ġwann Battista ta’ Tarragona (Spanja)

Miġub għall-Malti minn Francesco Pio Attard

“Chi dice che non ci sarà Settimana Santa quest’anno?… Non avete visto l’immensa Processione di persone risultate positive al Coronavirus? Non vedete la Via Crucis del personale sanitario che risale il Calvario della pandemia, sopraffatto e con l’angoscia nel cuore per la paura di non riuscire a resistere? Non ha visto i medici con il camice bianco portare la croce dolorosa delle persone contaminate? Non vedete tanti scienziati sudare acqua e sangue, come al Getsemani, per trovare un trattamento o un vaccino? Per favore, non dite che Gesù non passa nelle strade quest’anno…mentre tanta gente deve lavorare per portare cibo e medicine a tutti noi. Non avete visto il numero di Cirenei offrirsi in un modo o nell’altro per portare le pesanti croci? Non vedete quante Veroniche, sono esposte all’infezione per asciugare il volto di persone contaminate? Chi può non vedere Gesù cadere a terra, ogni volta che sentiamo il freddo conteggio delle vittime? Non vivono forse, la Passione , le case di riposo piene di persone anziane e il personale … con il fattore di rischio più elevato? Non è come una corona di spine per i bambini obbligati a vivere questa crisi rinchiusi, senza capire troppo bene… senza poter correre nei parchi e nelle strade? Non si sentono ingiustamente condannate, le scuole, le università, e tanti negozi obbligati a chiudere? Tutti i paesi del mondo non sono colpiti, frustati, dal flagello di questo virus! E non manca in questa via di dolore Ponzio Pilato che si lava le mani…i dirigenti che cercano semplicemente a trarre un vantaggio politico o economico dalla situazione, senza tenere conto delle persone? Non soffrono, impotenti come i discepoli senza il Maestro, altrettante famiglie e persone sole confinate in casa, molte con problemi, non sapendo come e quando tutto finirà? Il volto doloroso di Maria non si rispecchia forse, in quello di tante madri che soffrono per la morte, silenziosa e a distanza , di una persona cara? Non è come strappare le vesti… l’angoscia di tante famiglie e di piccole imprese che vedono le loro economie svanire? L’agonia di Gesù in croce non ci fa pensare alla mancanza di respiratori nelle unità di terapia intensiva ? Per Favore… non dite : Niente Settimana Santa…niente Pasqua quest’anno non ditelo! perché il DRAMMA DELLA PASSIONE non è certo quasi mai stato così reale e autentico e la nostra stessa vita non è mai stata così in attesa e piena di speranza nella Risurrezione !”

Don Miguel Àngel Ferres della chiesa di Sant Joan Baptista de Tarragona (Spagna)

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: