Mill-Vanġeli ta’ wara l-Għid
Dinja ġdida
Fit-Testment il-Qadim, Alla hu msejjaħ Mulej, Sinjur, li jirrevela ruħu lilna. Ibda mill-ħolqien, mill-ħelsien ripetut tal-poplu tiegħu u mir-rikonċiljazzjoni li dejjem kien lest biex jagħmel. Is-sajda mirakuluża ssir sinjal li jippermetti li jagħrfu lil Ġesu’ bħala Sinjur, il-Mulej, l-Imgħallem. Ġesu’ li jidher fix-xatt hu Kristu eżaltat, igglorifikat minn Alla, rebbieħ fuq il-ħażen. Hu mqajjem mill-mewt u għajn ta’ qawmien għall-oħrajn. Hu d-dixxiplu li Ġesu’ kien iħobb, li jagħrfu l-ewwel. Din l-espressoni ‘id- dixxiplu li Ġesu’ jħobb tista’ tfisser ‘id-dixxiplu veru, dak li hu bħal kif jixtiequ Ġesu’.’ Il- ħarsa tal-qalb u l-ħarsa tal-fidi jingħaqdu flimkien. Hi l-imħabba li ġġagħlu jara u jemmen. Ġw. 20, 8.
Pietru kien tilef il-fiduċja f’Ġesu’ li ġie kkundannat għat-tislib, għax, skond it-twemmin tal- epoka, il-Messijia ma kellux la jbati u lanqas imut. Fl-istess ħin, quddiem Ġesu’ li ġie mqajjem mill-mewt, iġġustifikat minn Alla, jinduna bil-gravita’ tal-għemil tiegħu. Quddiem id-dawl tal-Mulej tiegħu, iħossu midneb. Dan li jfisser li kien mingħajr il-libsa ta’ fuq. Pietru jħossu midneb u jemmen mill-ġdid f’Ġesu’, fl-imħabba tiegħu, fil-maħfra tiegħu. Ġesu’ jista’ jgħaddilu libsa. L-għera tiegħu hi mghottija, id-dnub tiegħu maħfur. Issa jaf, bil kunfidenza kollha, li jista’ jingħaqad ma’ Ġesu’. Il-baħar ma jgħattihx aktar.
Qabel is-sajda abbundanti li jsemmi Luqa, niftakru, qabel il mewt u l-qawmien, ix-xibka għoddha nqasmet – Luqa 5, 6. Issa ma tinqasamx. Ġwanni jqiegħdna f’dinja ġdida, fejn il- ħażen hu mirbuħ għal kollox. Il-ħut jirrappreżentaw il-Knisja, il-ġabra tal-bnedmin fis- saltna. Hu hawn li Pietru, li xorta waħda ġie magħzul Ragħaj ta’ din il-Knisja, li jiġbed ix xibka lejn l-art. Il-fidi nisranija hi marbuta b’saħħa: ix-xibka hi soda. Il-forzi tal-ħażen ma jistgħux għaliha – Matt. 16,18. Dawk li aċċettaw li jkunu salvati huma miġburin f’din ix-xibka, bħa “merħla waħda”. Ġw 10,16
L-Ikla
L-ikla li jieħdu flimkien id-dixxipli u Ġesu’ tfakkarna fl-Ewkaristija, il-ħobż u l-ħut huma simboli tal-ikla ewkaristika fl-ikonografija primittiva. Imma hawn, hemm fuq kollox evokat l-ikla eskatologika, jiġifieri ta’ l-aħħar taż-żmien. Id-dinja tar-reżurrezzjoni hi hawnhekk evokata, anzi mħabbra, hekk li d-dixxpli huma issa lkoll fuq ix-xatt, fejn m’hemmx aktar baħar. – Apokalissi 21,1. Ġesu’ kien qal: “Jiena ma niekolx magħkom qabel ma nkun fis-saltna.” – Luqa 22. 16. La Ġesu’ kiel mill-ġdid mal-appostli, jiġifieri jfisser li hu fis-saltna, fid-dinja t’Alla. Din l-ikla, sinjal tas-saltna, hi magħmulha minn għotja u riċeviment. “Jiena ġejt biex inġib in-nar fuq l-art”, kien qal Ġesu’. Ara, dan in-nar mixgħul, dan in-nar li jissimbolizza l-imħabba li tiġborna flimkien. Hu Ġesu’ li jistieden, li jagħti u li jirċcievu ukoll. Ġibu’ l-ħut li intom se tieħdu. Kull wieħed jagħti u jiċievi; dan hu li naqsmu flimkien, il-komunjoni.
Ġesu’ hawnhekk jirriabilita l-Appostlu li kien ċaħdu tliet darbiet. Għal tliet darbiet staqsieh biex jipprofessa l-fidi, l-imħabba. Hu lil midneb li ġie maħfur li Kristu jafda r- responsbbilta’ tal-knisja tiegħu (it-trupeau tiegħu. Ġesu’ jibqa’ madankollu r-ragħaj veru, (hu jgħid, in-nagħġiet tiegħi). L-awrorita’ ta’ Pietru mhix hemm mingħajr dik ta’ Ġesu’. Biex ikompli jimla’ l-missjoni Apostoloika, Pietru jeħtieġlu jsegwi lil Ġesu’ u jħobbu, jiġifieri li jkun fidil għall-messaġġ tiegħu, li jkun il-qaddej fost il-qaddejja, bħal Ġesu’.
X’nieħdu minn dan kollu?
- Ġesu’ hu rxuxtat, ħaj għal dejjem. Hu qiegħed fil-glorja, fil-milja tal-ħajja, fejn la hemm ħazen u lanqas hemm mewt.
- Hu jibqa’preżenti, inviżibbli għal għajnejna, fit-taqbid tagħna kontra l-ħażen.
- Kull nisrani hu mibgħut mill-irxoxt biex jeħles lil ħutu.
- Mingħajr Ġesu’ aħna ma nistgħu nagħmlu xejn. Imma jekk nemmnu fih, ngħixu fid-dawl tiegħu u nistgħu ntemmu l-missjoni ta’ ħelsien li afda f’idejna.
- Quddiemu nindunaw li aħhna midinbin, imma midinbin maħfura.
- Il-ħajja tagħna lkoll hi tħejjija għas-saltna li se jagħtina sehem minna, f’komunjoni ta’ rigal u ta’ akkwist reċiproku.
Joe Galea