F’telefonata li damet 45 minuta bejn il-Papa Franġisku u l-President Emmanuel Macron ta’ Franza nhar it-Tlieta 21 ta’ April, huma tkellmu dwar l-għajnuna li għandha tagħti l-Unjoni Ewropea fis-sitwazzjoni tal-Covid-19.
Dan kien jumejn qabel il-laqgħa tat-23 ta’ April bejn is-27 mexxejja tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea, li saret b’video-conference. Il-Papa u l-President qablu wkoll dwar li għandu jittaffa d-dejn tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Il-Papa Franġisku esprima s-sogħba tiegħu għall-20,000 ċittadini Franċiżi li mietu bl-epidemija tal-Covid-19.
Franza hi stat lajk imma b’mod predominanti l-popolazzjoni hi Kristjana. Madwar 64 fil-mija tal-56 miljun ċittadin huma Nsara, bi 83 fil-mija Kattoliċi imma li biss ftit minnhom huma prattikanti.
Rapport għal-Laikos minn Joe Galea