Kappillani fost il-voluntiera fl-isptarijiet

Print Friendly, PDF & Email

Flimkien ma’ eluf ta’ persuni li bla heda jinsabu fl-ewwel linji tal-pandemija Covid-19, hemm il-kappillani tal-isptarijiet, li qed jipprovdu kura spiritwali għall-pazjenti u għall-istaff. Ħafna kienu s-saċerdoti li talbu minn jeddhom biex ikunu kappillani fl-isptarijiet temporanji li nbnew jew ġew attrezzati minħabba ż-żieda ta’ morda bil-pandemija.

Wieħed minn dawn hu Fr John Waters, mill-Arċidjoċesi ta’ Birmingham, fl-Ingilterra. Se jkun ibbażat fin-Nightingale Hospital, li fih 5000 sodda u qiegħed fin-National Exhibition Centre tal-belt. Fr John, li ilu biss sena Saċerdot, qal li għażel din il-vokazzjoni biex ikun jista’ jakkumpanja lin-nies f’kull sitwazzjoni li jista’ jkollhhom. Għalhekk li applika b’entużjażmu għal din il-ħidma.

https://www.vaticannews.va/en/world/news/2020-04/covid-19-the-hospital-chaplain-in-an-hour-of-need.html

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: