Talba lil San Publiju


San Publiju, Prinċep tal-gżira ta’ Malta u patrun tagħha,
agħtina il-grazzja li aħna nimitawk fil-qalb kbira u ġeneruża tiegħek,
li aħna niltaqgħu ma’ Ġesù fil-qawwa tiegħu li jfejjaq,
b’mod speċjali f’dawn iż-żminijiet meta aħna fil-periklu tal-mard kontaġġjuż u qerriedi.

Capture

Nitolbuk tinterċedi għalina biex ngħarfu nieħdu ħsieb xulxin,
inħobbu ’l xulxin u biex nagħrfu niftħu qalbna għal kulħadd,
hu min hu,
kemm dawk li jgħixu fostna,
kemm dawk li jinsabu fl-ibħra ta’ madwarna fil-periklu, jixxennqu u jitkarrbu għall-għajnuna tagħna.
Dan nitolbuhulek bi Kristu sidna,

Ammen

✠ Charles Jude Scicluna
Arċisqof ta’ Malta