Il-Papa jwissi dwar il-“Mafja spiritwali”

Print Friendly, PDF & Email

Nhar il-5 ta’ Mejju, waqt il-Quddiesa mid-Domus Santa Marta, il-Papa wissa dwar il-“Mafja spiritwali” u d-“drama tad-dnub”, li huma fost il-vizzji li qed jagħmuna. Qal li dawn nippruvaw naħbuhom u nħalluhom fid-dlam.

Il-Papa semma l-ispirtu tas-supperja u tal-vanità. Huwa talab lil Ġesù biex isalvana mid-dlam li hemm fina, mid-dlam li hemm fil-ħajja ta’ kuljum, fil-ħajja politika u fil-ħajja tal-pajjiż. Il-Papa wissa li hemm ħafna dlam, imma hemm bżonn ikollna l-kuraġġ li nindunaw b’dan id-dlam li hemm ġo fina biex Kristu jidħol fina u jsalvana. “Ma nibżgħux mill-Mulej”, qal il-Papa. “Huwa ħanin, manswet, jinsab maġenbna, ġie biex isalvana. Ma nibżgħux mid-dawl ta’ Ġesù.”

Pope warns against ‘spiritual mafias’ that blind the soul to God

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

%d bloggers like this: