O Verġni, qed jidlam

Print Friendly, PDF & Email

Talba ta’ Père Claude Wittock, b’pittura tal-‘Madonna tal-Ġnus’, ta’ Federico Barocci.

O Verġni, qed jidlam, kollox qed jorqod fuq l-art.

Issa hu l-ħin tar-rqad. Tħallinix.

Qiegħed idek fuq għajnejja, bħal omm ħanina.

Agħlaqhom bil-ħlewwa għall-ħwejjeġ tad-dinja.

Ħsibijiet, dwejjaq, ruħi għajjiena.

Ix-xogħol hu hemm, jistennieni, qrib ħafna tiegħi.

Qiegħed idek fuq moħħi, waqqfu milli jaħseb.

L-irqad tiegħi ikun ħelu u mbierek minnek.

Hekk li għada, iktar b’saħħtu, it-tfajjel umli tiegħek jistenbah

u kollu ferħan isib il-ħidma ta’ jum ġdid.

Qiegħed idejk fuq qalbi.

Biex tħares biss lejn Alla u ttennilu l-imħabba eterna tagħha.

https://croire.la-croix.com/Definitions/Priere/Prier-Vierge-fait-tard-2018-09-12-1700968231

Ħajr lil Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading