Illum il-Knisja tfakkar lil San Franġisk ta’ Ġirolamo


Fil-11 ta’ Mejju l-Knisja tfakkar lil San Franġisk ta’ Ġirolamo, Saċerdot li għex bejn is-snin 1642 sa 1716.

Twieled f’Taranto fl-Italja, fl-1642. Daħal fl-istat klerikali f’pajjiżu ta’ 16-il sena u mbagħad mar Napli biex ikompli l-istudji tiegħu għas-saċerdozju. Wara li ordna qassis, hu għallem fil-kulleġġ tan-nobbli mmexxi mill-Ġiżwiti, f’Napli u kien maħbub ħafna mill-istudenti tiegħu. Daħal mal-Ġiżwiti erba’ snin wara, u għadda l-aħħar 40 sena ta’ ħajtu bħala missjunarju li ħadem kemm felaħ fil-Kumpanija barra minn Napli.

San Franġisk kien predikatur qawwi, kliemu jsaħħar lis-semmiegħa. Jingħad fuqu li “kien ħaruf meta tkellmu, imma ljun meta jipprietka.” Hu mexxa mill-inqas mal-100 missjoni fil-provinċji ċentrali imma n-nies ta’ Napli ma kinux iħalluh jitbiegħed minnhom għal żmien twil.

Kull fejn kien imur kien dejjem imdawwar bil-folol, attenti għal kull kelma li jgħid; u folol ukoll kienu jfittxuh fil-konfessjonarju. L-għadd tal-midinbin li reġa’ dawwarhom lejn Alla ma jistax jingħadd – mill-inqas 400 midneb kbir magħruf jingħad li daru mill-ġdid lejn Alla bil-ħidma tiegħu. Ikkonverta wkoll numru ta’ priġunieri Mori u Torok.

San Franġisk ta’ Ġirolamo waqqaf ukoll organizzazzjoni ta’ rġiel biex tgħin lill-Ġiżwiti fil-ħidmiet tagħhom; waqqaf fond ta’ karità fejn il-fqar setgħu jisselfu b’aktar kumdità, u salva għadd kbir ta’ tfal minn qagħdiet li fihom faċilment setgħu jitilgħu delinkwenti. Kellu l-fama tal-mirakli u minħabba f’hekk folol kbar ta’ nies ħadu sehem fil-funeral tiegħu.

Miet fil-11 ta’ Mejju tal-1716, meta kellu 74 sena. Ġie kkanonizzat fl-1839.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.