Is-sabiħ li aħna Nsara


Il-Papa Emeritu Benedittu XVI, lejlet Għid il-Ħamsin, is-Sibt 3 ta’ Ġunju 2016, indirizza ġemgħa ta’ erba’ mitt elf li mlew Pjazza San Pietru  u t-triq ta’ quddiem il-pjazza. L-okkażjoni kienet il-konklużjoni tal-Kungress Mondjali ta’ Movimenti ta’ Lajċi. It-tema tal-Kungress kienet  dwar ‘Is-sabiħ li aħna nsara u l-ferħ li nwasslu dan lill-oħrajn!’

Il-Papa Benedittu XVI

Il-Papa kien feraħ lil dawk preżenti bi kliem San Pawl: “Alla tat-tama jimliekom b’kull ferħ u paċi fil-fidi, biex tikbru fit-tama bil-ħajja ta’ l-Ispirtu s-Santu.”

Il-Papa Emeritu spjega għaliex għandu jkollna din l-attitudni. Kien qal hekk:

Fi Kristu jiltaqgħu s-sbuħija tal-verità u s-sbuħija ta’ l-imħabba; imma l-imħabba, kif għamel Kristu stess, tfisser ukoll li wieħed ikun lest li jsofri, ikun lest li jasal li jagħtu ħajtu għal min iħobb.

Forsi ma kinitx is-sbuħija li l-fidi nisslet fuq il-wiċċ tal-qaddisin, li ġagħlet lil tant irġiel u nisa biex jimxu wara l-passi tagħhom?

Wasslu d-dawl ta’ Kristu fl-ambjenti soċjali u kulturali kollha li tgħixu fihom.

Issaħħu bis-sehem tagħkom fit-talba tal-Knisja, li l-Liturġija tagħha hi l-ogħla espressjoni tas-sabiħ tal-glorja ta’ Alla, u li biha qed inħarsu lejn is-sema waqt li għadna fuq din l-art.

Nafdakom fl-interċessjoni ta’ dik li nsejħulha Tota pulchra, kollha sabiħa, ideal ta’ sbuħija li l-artisti dejjem fittxew li joħolqu fl-opri tagħhom, il-mara “mlibbsa bix-xemx”, li fiha s-sbuħija tal-bniedem tiltaqa’ mas-sbuħija ta’ Alla.

Minn Joe Galea

 

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.