76. Il-Lajċi għandhom Sħubija Sħiħa fil-Knisja


Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-Knisja. Udjenza Ġenerali – 27/10/1993.

L-IRWOL TAL-LAJĊI FIL-KNISJA

1. Fil-kors tal-katekeżi ekklesjoloġiċi wara li ffissajna ħarsitna fuq il-Knisja bħala Poplu ta’ Alla, bħala komunità saċerdotali u sagramentali, waqafna fuq l-uffiċċji u l-ministeri differenti.

B’dan il-mod għaddejna mill-Appostli, magħżula u mibgħuta minn Kristu, għall-Isqfijiet suċċessuri tagħhom għall-Presbiteri kollaboraturi tal-Isqfijiet għad-Djakni. Huwa issa loġiku li nokkupaw rwieħna bil-kondizzjoni u l-irwol tal-lajċi, li jiffurmaw il-maġġoranza l-kbira tal-“Populus Dei”. Se nitrattawhom billi dejjem insegwu l-linja tal-Konċilju Vatikan II, imma wkoll billi naqbdu mill-ġdid l-indikazzjonijiet u l-orjentamenti tal-Eżortazzjoni apostolika Christifideles laici (CL), ippubblikata nhar it-30 ta’ Diċembru 1988, wara s-Sinodu tal-Isqfijiet tal-1987.

2. Huwa fatt magħruf biżżejjed li l-vokabolu “lajk” ġej mit-terminu Grieg laikós, li min-naħa tiegħu ġej minn laós: poplu. “Lajk” mela tfisser “wieħed mill-poplu”. Taħt dan l-aspett din hija kelma sabiħa. Sfortunatament evoluzzjoni storika twila għamlet iva li, fil-lingwaġġ profan, speċjalment dak politiku, “lajk” kisbet sinifikat ta’ oppożizzjoni għar-reliġjon u b’mod partikolari għall-Knisja, tant li waslet biex tesprimi atteġġjament ta’ separazzjoni, ta’ rifjut jew, talinqas, li tiddikjara ndifferenza. Tali evoluzzjoni tikkostitwixxi bla dubju statistika kundannabbli.

Fil-lingwaġġ nisrani iżda insejħu “lajċi” lil dawk li jappartienu lill-Poplu ta Alla, u b’mod iktar speċjali lil dawk li, billi m’għandhomx funzjonijiet u ministeri marbuta mas-sagrament tal-Ordni Sagri, ma jiffurmawx parti mill-“kleru”, skont id-distinzjoni tradizzjonalment stabbilita bejn “kjeriċi” u “lajċi” (cf. CIC, can. 207 § 1). Il-kjeriċi huma l-ministri sagri, jiġifieri l-Papa, l-Isqfijiet, il-Presbiteri, id-Djakni, il-lajċi l-Christifideles l-oħra, li, flimkien mar-Rgħajja u l-Ministri, jikkostitwixxu l-Poplu ta’ Alla.

Waqt li jagħmel din id-distinzjoni, il-Kodiċi tad-Dritt Kanoniku jżid li miż-żewġ partijiet – jiġifieri kjeriċi u lajċi – hemm fidili kkonsagrati b’mod speċjali bil-professjoni, kanonikament magħrufa, tal-pariri evanġeliċi (can. 207 § 2). Skont id-distinzjoni rikordjata fuq, ċertu numru ta’ “reliġjużi” jew ta’ “kkonsagrati” li jieħdu l-voti imma ma jirċevux l-Ordni Sagri, taħt dan l-aspett għandhom ikunu nnumerati fost il-lajċi. Madankollu minħabba l-istat tagħhom ta’ konsagrazzjoni, jokkupaw post speċjali fil-Knisja tant li jiddistingwu ruħhom mil-lajċi l-oħra. Min-naħa tiegħu, il-Konċilju pprefera jittrattahom għalihom, u qies bħala lajċi lil dawk li la huma kjeriċi u linqas reliġjużi (cf. Lumen Gentium, 31): u din id-distinzjoni ulterjuri, mingħajr ma toħloq komplikazzjonijiet jew konfużjonijiet ta’ ordni dutrinali, hija utli biex tissimplifika u tiffaċilita d-diskors dwar is-sezzjonijiet u l-kategoriji differenti preżenti fl-organiżmu tal-Knisja.

Hawn naddottaw id-distinzjoni tripla aċcennata billi nitrattaw lil-lajċi bħala membri tal-Poplu ta’ Alla li ma jagħmlux parti mill-kleru u li mhumiex impenjati fl-istat reliġjuż jew fil-professjoni tal-pariri evanġeliċi (cf. CL 9 e CCC 897, li jerġgħu jaqbdu l-kunċett tal-Konċilju). Wara li tkellimna dwar l-istat u l-irwol ta’ din il-maġġoranza kbira ta’ komponenti tal-Poplu ta’ Alla, nistgħu suċċessivament nitkellmu dwar l-istat u l-irwol tal-Christifideles reliġjużi jew ikkonsagrati.

3. Għalkemm li jġiegħel josservaw li l-lajċi mhumiex il-Knisja kollha l-Konċilju jrid jgħarraf b’mod sħiħ d-dinjità tagħhom: jekk taħt l-aspett ministerjali u ġerarkiku, l-Ordni Sagri jqiegħdu l-fidili li jirċevuhom f’kondizzjoni ta’ awtorità partikolari fid-dawl tar-rwol li jiġi assenjat lilhom il-lajċi għandhom bis-sħih il-kwalità ta’ membri tal-Knisja, daqs il-ministri sagri jew ir-reliġjużi. Fil-fatt, skont il-Konċilju, “huma ġew inkorporati ma’ Kristu bil-Magħmudija” u rċivew is-sinjal indelibbli tal-appartenenza tagħhom lil Kristu bis-saħħa tal-“karattru” tal-Magħmudija. Huma jiffurmaw parti mill-Ġisem mistiku ta’ Kristu.

Min-naħa oħra, il-konsagrazzjoni inizjali, mwettqa bil-Magħmudija timpenjahom fil-missjoni tal-Poplu ta’ Alla: “fil-qies tagħhom huma “saru parteċipi tal-uffiċċju saċerdotali, profetiku u rjali ta’ Kristu”. Mela dak li għidna fil-katekeżi li kienu jolqtu l-Knisja bħala komunità saċerdotali u komunità profetika, japplika wkoll għal-lajċi, li, maġemb il-membri tal-Knisja investiti b’funzjonijiet u ministeri gerarkiċi, huma msejħa biex jiżviluppaw il-potenzjalità tal-Magħmudija tagħhom f’komunjoni ma’ Kristu uniku Kap tal-Ġisem mistiku.

4. L-għarfien tal-lajċi bħala membri ta’ dritt sħiħ tal-Knisja jeskludi l-identifikazzjoni ta’ din bil-Ġerarkija unika. Kienet tkun konċezzjoni riduttiva, u anzi żball antievanġeliku u antitejoloġiku, li wieħed jikkonċepixxi l-Knisja b’mod esklussiv bħala ġisem ġerarkiku: Knisja mingħajr poplu! Skont il-Vanġelu u t-tradizzjoni nisranija, il-Knisja hija komunità li fiha hemm Ġerarkija, iva, imma propju għaliex hemm poplu ta’ “lajċi” li għandu jkun moqdi u ggwidat fuq it-toroq tal-Mulej. Huwa ttamat li minn dan tittieħed iktar kuxjanza sew mill-kjeriċi kif ukoll mil-lajċi bogħod mill-jqisu l-Knisja minn barra, bħala organiżazzjoni li timponi ruħha fuqhom, mingħajr ma tkun il-“ġisem” tagħhom, ir-“ruħ” tagħhom. Kjeriċi u lajċi, Ġerarkija u fidili “mhux ordnati”, huma l-uniku Poplu ta’ Alla, l-unika Knisja, l-unika komunjoni tas-segwaċi ta’ Kristu, u għalhekk il-Knisja hija ta’ kulħadd u ta’ kull wieħed u waħda, u lkoll aħna responsabbli ta’ ħajjitha u tal-iżvilupp tagħha. Anzi, baqà famuż il-kliem ta’ Piju XII, li f’diskors tal-1946 ndirizzat “lill-kardinali l-ġodda”, fejn enfasizza: il-lajċi “għandhom ikollhom dejjem għarfien ċar, mhux biss li jappartienu lill-Knisja, imma li huma l-Knisja” (AAS 38 [1946] 149, cit. in CL 9 e CCC 899). Dikjarazzjoni memorabbli, li ndikat svolta fil-psikoloġija u fis-soċjoloġija pastorali, fid-dawl tat-tejoloġija aħjar.

5. Din l-istess konvinzjoni kienet iddikjarata mill-Konċilju Vatikan II, bħala għarfien tar-Rgħajja (cf. LG 30).

Hemm bżonn ngħidu li fl-aħħar għaxriet tas-snin immaturat koxjenza iktar distinta u iktar għanja ta’ dan l-irwol, bil-kontribut, barra li xi Rgħajja wkoll ta’ tejoloġi distinti u ta’ esperti tal-pastorali li, qabel u wara l-intervent, ta’ Piju XII u l-Ewwel Kungress Dinji għall-Apostolat tal-lajċi (1951), kienu fittxew li jiċċaraw il-kustjonijiet tejoloġiċi li jolqtu l-lajkat fil-Knisja, waqt li kitbu kważi kapitolu ġdid tal-ekkleżjoloġija. Għal dan kienu servew ukoll il-laqgħat u l-kungressi, li fihom bnedmin ta’ studju u esperti ta’ azzjoni u ta’ organizzazzjoni kienu kkonfrontaw r-riżultati tar-riflessjonijiet tagħhom u informazzjonijiet miksuba fix-xogħol tagħhom pastorali u soċjali, waqt li hekk ħejjew materjal prezzjuż għall-Maġisteru papali u konċiljari. Kollox kien iżda jidħol fil-linja ta’ tradizzjoni li kienet tmur lura għall-ewwel żminijiet insara, u b’mod partikolari għall-eżortazzjoni pawlina, ikkwotata mill-Konċilju (cf. LG 30), li lill-komunitajiet kollha kienet titlob is-solidarjetà u kienet tfakkar ir-responsabiltà tax-xogħol għall-bini tal-Ġisem ta’ Kristu (cf. Ef 4, 15-16).

6.Fir-realtà, ilbieraħ u llum lajċi bla numru operaw u joperaw fil-Knisja u fid-dinja skont l-eżortazzjonijiet u t-talb tar-Rgħajja. Huma huma denji ta’ ammirazzjoni!. Maġemb dawk li jiżvolġu rwol iktar apparixxenti, ferm iktar numerużi huma l-lajċi li mingħajr ma jiġbdu l-attenzjoni, jgħixu b’mod intens l-vokazzjoni tagħhom tal-Magħmudija, waqt li jgħoddsu fil-Knisja kollha l-benefiċċji tal-karità tagħhom. Mis-skiet tagħhom jiffjorixxi apostolat li l-Ispirtu jirrendi effikaċi u fertili.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb