77. Il-Lajċi jwettqu sejħithom fid-Dinja

Print Friendly, PDF & Email

Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-Knisja. Udjenza Ġenerali – 03/11/1993.

1. Huwa magħruf li l-Konċilju Vatikan II fid-distinzjoni, bejn il-membri tal-Knisja, il-lajċi minn dawk li jappartienu kemm għall-kleru kif ukoll għall-istituti reliġjużi, jagħraf bħala nota distintiva mill-istat lajkali n-natura sekolari.

“In-natura sekolari hija propja u speċifika tal-lajċi”, huwa jenfasizza (Lumen Gentium, 31), waqt li hekk jindika kondizzjoni ta’ ħajja li tispeċifika l-vokazzjoni u l-missjoni tal-lajċi, bħal ma l-Ordni sagru u l-ministeru saċerdotali jispeċifikaw l-istat tal-Kjeriċi, u l-professjoni tal-pariri evanġeliċi dak tar-Reliġjużi, a bażi tal-konsagrazzjoni tal-Magħmudija, komuni għal kulħadd.

2. Din hija vokazzjoni speċjali, li tippreċiża l-vokazzjoni nisranija komuni, li għaliha lkoll aħna msejħin biex “noperaw” skont l-esiġenzi tal-“esseri” tagħna, jiġifieri bħala membri tal-Ġisem mistiku ta’ Kristu u, fiH, ulied addottivi ta’ Alla. Dejjem skont il-Konċilju (Ivi), il-ministri ordnati huma msejħa biex jiżvolġu l-funzjonijiet sagri b’konċentrazzjoni partikolari tal-ħajja tagħhom f’Alla biex jipprovdu l-ġid spiritwali lill-bnedmin, il-verità, il-ħajja u l-imħabba ta’ Kristu. Ir-Reliġjużi, min-naħa tagħhom, jixhdu r-riċerka tal-“uniku meħtieġ” biċ-ċahda tagħhom għall-ġid temporali fid-dawl tas-Saltna ta’ Alla: xhieda, mela, tas-Sema. Il-lajċi, bħala tali, huma msejħa u ddestinati biex jonoraw lil Alla fl-użu tal-ħwejjeġ temporali tas-soċjetà. F’dan is-sens il-Konċilju jitkellem dwar in-natura sekolari tal-lajkat fil-Knisja. Meta japplika din l-espressjoni għall-vokazzjoni tal-lajċi, il-Konċilju jivvalorizza l-ordni temporali u, nistgħu ngħidu, is-seklu; imma il- mod li bih jiddefenixxi mbagħad tali vokazzjoni juri t-traxxendenza dwar il-prospettivi taż-żmien u dwar il-ħwejjeġ tad-dinja.

3. Skont it-test konċiljari, infatti, hemm fil-lajk nisrani, ladarba nisrani, vokazzjoni vera, li, ladarba lajk, għandu dimensjoni speċifika tiegħu: imma hija xorta vokazzjoni għas-Saltna ta’ Alla! Il-lajk nisrani huwa bla dubju wieħed li jgħix “fis-seklu”, fejn jokkupa ruħu bil-ħwejjeġ temporali biex jipprovdi għas-sodisfazzjon tal-bżonnijiet tiegħu, fil-livell personali, familjari u soċjali, u jikkopera, b’qies tal-possibiltajiet u ħiliet tiegħu, għall-iżvilupp ekonomiku u kulturali tal-komunità kollha, li tagħha għandu jħoss ruħu membru ħaj, attiv u responsabbli. F’dan il-ġeneru ta’ ħajja isejjaħlu u jsostnih Kristu, u tagħrfu u tirrispettah il-Knisja. Bis-saħħa ta’ din il-pożizzjoni tiegħu fid-dinja, huwa għandu “jfittex is-Saltna ta’ Alla” u “jordna” l-ħwejjeġ temporali skont il-pjan ta’ Alla. Hawn hu t-test konċiljari: “Huwa propju tal-lajċi, bil-vokazzjoni tagħhom, li jfittxu s-saltna ta’ Alla waqt li jitrattaw il-ħwejjeġ temporali u jordnawhom skont Alla” (LG 31). Huwa dan li jenfasizza s-Sinodu tal-1987 (propositio 4, in Christifideles Laici, 15 e Catechismo della Chiesa Cattolica, 898).

Il-Konċilju jkompli jippreċiża li l-lajċi “jgħixu fis-seklu, jiġifieri involuti fid-dmirijiet u l-affarijiet tad-dinja kollha u singoli u fil-kondizzjonijiet ordinarji tal-ħajja familjari u soċjali, li bihom l-eżistenza tagħhom hija bħal minsuġa” (LG 31). U f’dan jixhdu li l-Knisja, fidila għall-Vanġelu, ma tqisx lid-dinja essenzjalment ħażina u irriformabbli, imma kapaċi tilqà l-qawwa feddejja tas-Salib.

4. Għal dan il-punt, il-vokazzjoni tal-lajċi u n-natura sekolari tal-kondizzjoni u l-missjoni tagħhom, jimponu problema fundamentali tal-evanġelizzazzjoni: ir-rapport tal-Knisja mad-“dinja”, il-ġudizzju tagħha fuqha u l-impostazzjoni awtentikament nisranija tal-azzjoni feddejja. Bla dubju wieħed ma jistax jinjora li fil-Vanġelu ta’ San Ġwann bit-terminu “id-dinja”, wieħed spiss jifhem l-ambjent ostili lejn Alla u l-Vanġelu: dik id-dinja umana li ma tilqax id-dawl (Ġw 1, 10), ma tagħrafx il-Missier (Ġw 17, 25), linqas l-Ispirtu tal-verità (Ġw 14, 17); hija mkebbsa b’mibegħda lejn Kristu u d-dixxipli tiegħu (Ġw 7, 7; 15, 18-19). Ġesù jirrifjuta li jitlob għal din id-dinja (Ġw17, 9) u jkeċċi lill-“prinċep ta’ din id-dinja”, li huwa Satana (Ġw 12, 31). F’dan is-sens id-dixxipli mhumiex ta’ din id-dinja, bħal ma Ġesù nnifsu mhuwiex tad-dinja (Ġw 17, 14. 16; 8, 23). –oppożizzjoni ċara tiġi espressa wkoll fl-Ewwel Ittra ta’ Ġwanni: “Aħna nafu li aħna ta’ Alla, waqt li d-dinja kollha tinsab taħt il-poter tal-ħażin” (1 Ġw 5, 19).

U madankollu wieħed m’għandux jinsa li fl-istess Vanġelu ta’ San Ġwann il-kunċett ta’ “dinja” jiġi riferut ukoll għall-qasam kollu uman, li fih huwa ddestinat il-messaġġ tal-fidwa: “Alla tant ħabb lid-dinja li wasal biex jagħti lil Ibnu uniġenitu, sabiex kull min jemmen fih ma jmutx, imma jkollu l-ħajja ta’ dejjem” (1 Ġw 3, 16). Jekk Alla ħabb lid-dinja, fejn kien isaltan id-dnub, din id-dinja tirċievi bl-Inkarnazzjoni u r-Redenzjoni valur ġdid u għandha tkun maħbuba. Din hija dinja ddestinata għall-fidwa: “Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jiġġudika d-dinja, imma sabiex id-dinja ssalva ruħha permezz tiegħu” (1 Ġw 3, 17).

5. Huma numerużi t-testi evanġeliċi li jippruvaw l-atteġġjament ta’ ħniena u miserikordja li Ġesù għandu lejn id-dinja, ladarba huwa s-Salvatur tagħha: il-ħobż li jinżel mis-Sema “jagħti l-ħajja lid-dinja” (Ġw 6, 33); fl-Ewkaristija, il-ġisem ta’ Kristu jiġi mogħti “għall-ħajja tad-dinja” (Ġw 6, 51). Id-dinja hekk tirċievi l-ħajja divina ta’ Kristu. Hija tirċievi wkoll id-dawl: Kristu infatti huwa “id-dawl tad-dinja” (Ġw 8, 12; 9, 5). Ukoll id-dixxipli tiegħu huma msejħa biex ikunu “dawl tad-dinja” (Mt 5, 14): huma mibgħuta, bħal Ġesù, fid-dinja” (Ġw 17, 18). Id-dinja mela hija il-kamp tal-evanġelizzazzjoni u tal-konverżjoni: il-kamp li fih id-dnub jipprattika u jġiegħel jinħass il-poter, imma li fih topera r-redenzjoni, f’tip ta’ tensjoni li dak li jemmen jaf li se tissolva bir-rebħa tas-Salib, rebħa li tagħha jidhru s-sinjali fid-dinja mill-jum tal-Qawmien mill-Imwiet.

F’din il-prospettiva jikklassifika l-Konċilju Vatikan II b’mod speċjali fil-Kostituzzjoni Gaudium et spes, li titkellem dwar ir-relazzjonijiet tal-Knisja mad-dinja, mifhuma bħala “il-familja umana kollha”, fejn topera l-qawwa redentriċi ta’ Kristu u jattwa ruħu l-pjan ta’ Alla li huwa jwassal  progressivament għat-twettiq (cf. Gaudium et Spes, 2, 2). Il-Konċilju ma jinjorax l-influss tad-dnub fuq id-dinja, imma jenfasizza li d-dinja hija tajba ladarba maħluqa minn Alla u ladarba salvata minn Kristu. Wieħed jifhem għalhekk li d-dinja, ikkunsidrata fil-pozittività li tirċievi mill-ħolqien u mir-Redenzjoni, tikkostitwixxi “l-qasam u l-mezz tal-vokazzjoni nisranija tal-fidili lajċi, għaliex hi stess hija ddestinata biex tigglorifika lil Alla l-Missier fi Kristu” (CL 15). Għalihom, mela, skont il-Konċilju, jixraq li topera, sabiex tattwa fiha l-opra tar-Redentur.

6. Għalhekk il-lajċi, bogħod mill-ħarbien mid-dinja, huma msejħa biex jimpenjaw ruħhom biex iqaddsuha. Nirrepetuh mill-ġdid għal darb’oħra, b’test sabiħ tal-Konċilju. Li jistà jservi bħala konklużjoni tal-katekesi preżenti: il-lajċi “huma msejħa minn Alla biex jikkontribwixxu, kważi minn ġewwa b’mod ta’ eċcitament, għall-qdusija tad-dinja permezz tal-eżerċizzju tal-uffiċċju tagħhom u taħt il-gwida tal-ispirtu evanġeliku u, b’dan il-mod, biex jimmanifestaw lil Kristu lill-oħrajn, prinċipalment bix-xhieda ta’ ħajjithom u bl-azzjonijiet brillanti tal-fidi tagħhom, tat-tama u l-imħabba tagħhom” (LG 31).

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

%d bloggers like this: