Illum il-Knisja tfakkar lil Santa Eteldreda


Fit-23 ta’ Ġunju l-Knisja tfakkar lil Santa Eteldreda, Badessa li mietet fis-sena 679.

Eteldreda jew Audrey kienet bint ir-Reġina Anna ta’ East Anglia fl-Ingilterra u oħt it-tliet qaddisin Benedittini Etelburga, Seksburga u Witburga. Twieldet Suffolk u għad li laħqet reġina tan-Northumbria, u żżewġet darbtejn, baqgħet dejjem verġni.

Difatti saret hija wkoll Benedittina f’Coldingham, fejn irċeviet il-velu minn idejn Sant’Ebba, oħt San Oswald, re tan-Northumbria. Minn hemm però, marret Ely, fejn waqqfet il-monasteru, li tiegħu kienet l-ewwel Badessa.

Kellha direttur spiritwali lil San Wilfred, abbati ta’ Ripon u wara arċisqof ta’ York. Għexet ħajja tal-ikbar sempliċità, umiltà u qdusija u l-ferħ tagħha kien isofri għal Kristu.

Mietet fil-monasteru ta’ Ely fit-23 ta’ Ġunju, 679 u l-ġisem tagħha baqa’ nkorrot għal xi żmien. Indifnet fil-Knisja tal-monasteru ta’ Ely, (illum katidral protestant), imma jdejha, li għadha sħiħa, tinsab meqjuma fil-knisja tagħha (Kattolika) ta’ Ely.

Insibu f’Londra knisja ddedikata lilha, li tinsab f’idejn il-Patrijiet Rosminjani u tissejjaħ l-eqdem knisja kattolika tal-Ingilterra, għax għad li ilha mibnija minn qabel l-ereżija Protestanta tinsab f’idejn il-Kattoliċi.

Eteldreda hi waħda mill-iktar qaddisin popolari Anglo-Sassoni, u ġiet imfaħħra minn San Beda Venerabbli. Tissejjaħ Reġina ta’ Northumbria għax it-tieni raġel li żżewġet kien ir-Re Egfrid ta’ dik is-saltna.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.