40. Ix-xewqa, riduzzjoni intenzjonali tal-orizzont tal-moħħ u tal-qalb

Print Friendly, PDF & Email

Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar it-Teoloġija tal-Ġisem. Udjenza Ġenerali – 17/09/1980.

1. Waqt l-aħħar riflessjoni, staqsejna lilna nfusna xinhi x-“xewqa”, li dwarha kien tkellem Kristu fid-Diskors tal-Muntanja (Mt 5,27-28). Niftakru li huwa kien tkellem fir-rigward tal-kimandament: “La tikkommettix adulterju”.

L-istess “xewqa” (preċiżament “tħares lejn biex tixtieq”) hija definita bħala “adulterju mwettaq fil-qalb”. Dan iġegħlna naħsbu ħafna. Fir-riflessjonijiet preċedenti għidna li Kristu, meta esprima ruħu b’dan il-mod, ried jindika lis-semmiegħa tiegħu d-distakk mis-sinifikat sponsali tal-ġisem, sperimentat mill-bniedem (f’dan il-każ, il-maskju), meta jissekonda l-konkupixxenza tal-ġisem bl-att intern tax-“xewqa”. Id-distakk mis-sinifikat sponsali tal-ġisem jimplika fl-istess ħin konflitt mad-dinjità tiegħu ta’ persuna: konflitt awtentiku ta’ kuxjenza.

F’dan il-punt jidher li s-sinifikat bibbliku (allura wkoll tejoloġiku tax-“xewqa”) huwa differenti minn dak purament psikoloġiku. Il-psikologu jiddeskrivi x-“xewqa” bħala orjentament intens lejn l-oġġett, minħabba l-valur speċifiku tiegħu: fil-każ hawn ikkunsidrat, għall-valur “sesswali” tiegħu. Milli jidher, se nsibu tali definizzjoni fil-parti l-kbira tal-opri ddedikati għal temi simili. Madankollu d-deskrizzjoni  bibblika, għalkemm mingħajr ma tnaqqas mill-valur tal-aspett psikoloġiku, tenfasizza dak etiku, minħabba li hemm valur li jiġi mweġġgħa. Ix-“xewqa” hija, jkolli ngħid, l-ingann tal-qalb umana fil-konfront tas-sejħa perenni magħmula mir-raġel lill-mara – sejħa li kienet rivelata fil-misteru stess tal-ħolqien – għall-għaqda permezz ta’ rigal reċiproku. Hekk, mela, meta Kristu fid-Diskors tal-Muntanja  (Mt 5,27-28) jagħmel riferenza “għall-qalb” jew għar-raġel intern, kliemu ma jiqafx milli jkun imħeġġeġ minn dik il-verità dwar il-“bidu”, għal-liema, waqt li wieġeb lill-Fariżej (cf. Mt 19,8), huwa kien reġà qanqal il-problema tar-raġel, tal-mara u taż-żwieġ.

2. Is-sejħa perenni, li dwarha fittixna li nagħmlu l-analiżi billi nsegwu l-Ktieb tal-Ġenesi (Gen2,23-25) u, f’ċertu sens, l-attrazzjoni reċiproka perenni min-naħa tar-raġel lejn il-femminilità u min-naħa tal-mara lejn il-maskulinità, hija stedina medjata mill-ġisem, imma mhix ix-xewqa, f’ċertu sens, l-attrazzjoni reċiproka perenni min-naħa tar-raġel lejn il-femminilità u min-naħa tal-mara lejn il-maskulinità, imma mhix ix-xewqa fis-sens tal-kliem ta’ Mattew 5,27-28. Ix-“xewqa”, bħala attwazzjoni tal-konkupixxenza tal-ġisem (ukoll u qabel kollox fl-att purament intern), tnaqqas is-sinifikat ta’ dak li kienu – u li sustanzjalment ma jiqfux li jkunu – dik l-istedina u dik l-attrazzjoni reċiproka. Il-“femmininu” etern (das ewig weibliche), hekk bħal, mill-bqija, il-“maskulinu” etern, ukoll fuq il-pjan ta’ storiċità għandu tendenza li jeħles lilu nnifsu mill-konkupixxenza pura, u jfittex post ta’ twettieq fuq il-livell propju tad-dinja tal-persuni. Xhieda ta’ dik il-mistħija oriġinarja li dwarha jitkellem Ġenesi 3. Id-dimensjoni tal-intenzjonalità tal-ħsibijiet u tal-qlub tikkostitwixxi waħda mill-linji ewlenin tal-kultura umana universali. Il-kliem ta’ Kristu fid-Diskors tal-Muntanja jikkonferma appuntu tali dimensjoni.

3. Xejn inqas, dawn il-kliem jesprimu b’mod ċar li x-“xewqa” tagħmel parti mir-realtà tal-qalb umana. Meta nisħqu li x-“xewqa”, fil-konfront tal-attrazzjoni reċiproka oriġinarja tal-maskulinità u tal-femminilità, tirrapreżenta “tnaqqis”, għandna f’moħħna “tnaqqis intenzjonali, kważi restrizzjoni jew għeluq tal-orizzont tal-moħħ u tal-qalb. Infatti, ħaġa hija li jkollok kuxjenza li l-valur tas-sess jagħmel parti mill-għana kollu tal-valuri, li bih għall-maskju jidher l-esseri femminili; u ħaġa oħra hija “tirriduċi” l-għana kollu personali tal-femminilità għal dak l-uniku valur, jiġifieri għas-sess, bħala oġġett addattat għas-sodisfazzjon tal-propja sesswalità. L-istess raġunament jistà jsir fir-rigward ta’ dak li hija l-maskulinità għall-mara, għalkemm il-kliem ta’ Mattew 5,27-28 jirreferu b’mod dirett biss għar-rapport l-ieħor. It-“tnaqqis” intenzjonali huwa, kif wieħed jistà jara, ta’ natura fuq kollox assjoloġika. Min-naħa l-attrazzjoni eterna tar-raġel lejn il-femminilità personali u “ta’ komunjoni (cf. Ġen 2,23) tillibera fih – jew forsi għandha tillibera –  skala ta’ xewqat spiritwali-karnali ta’ natura fuq kollox personali u “ta’ komunjoni” (cf. L-analiżi tal-“bidu”), li għalihom tikkorrispondi ġerarkija proporzjonali ta’ valuri. Min-naħa l-oħra, ix-“xewqa” tillimita tali skala, waqt li “toskura” l-ġerarakija tal-valuri li timmarka l-attrazzjoni perenni tal-maskulinità u tal-femminilità.

4. Ix-xewqa iva tagħmel li fl-intern, jiġifieri fil-“qalb”, fl-orizzont intern tar-raġel u tal-mara, jiddallam is-sinifikat tal-ġisem, propju tal-persuna. Il-femminilità ma tibqax tkun għall-maskulinità fuq kollox suġġett: ma tibqax tkun lingwaġġ speċifiku tal-ispirtu; titlef il-karattru ta’ sinjal. Ma tibqax, ikolli ngħid, iġġorr fuqha is-sinifikat stupend sponsali tal-ġisem. Ma tibqax tkun ippożizzjonata fil-kuntest tal-kuxjenza u tal-esperjenza ta’ tali sinifikat. Ix-“xewqa” li titnissel mill-istess konkupixxenza tal-ġisem, minn l-ewwel waqt tal-eżistenza fl-intern tar-raġel – tal-eżistenza f’qalbu – tgħaddi f’ċertu sens qrib tali kuntest (wieħed jistà jgħid, b’tixbiha, li tgħaddi fuq ir-rovini tas-sinifikat sponsali tal-ġisem u tal-elementi suġġettivi kollha tiegħu), u bis-saħħa tal-propja intenzjonalità assjoloġika direttament ixaqleb lejn fini esklussiv: biex jissodisfa biss il-bżonn sesswali tal-ġisem, bħala oġgett propju.

5. Tali riduzzjoni intenzjonali u assjoloġika tistà tivverifika ruħha, skont il-kliem ta’ Kristu (Mt 5,27-28), diġa fl-ambitu tal-“ħarsa” (tal-“ħarsa lejn”) jew pjuttost fl-ambitu ta’ att purament intern espress bil-ħars. Il-ħars (jew pjuttost il-“ħars lejn”), fih innifsu, huwa att magħruf. Meta fl-istruttura tiegħu interna tidħol il-konkupixxenza, il-ħars jassumi karattru ta’ “għarfien mixtieq”. L-espressjoni bibblika “tħares biex tixtieq” tistà tindika kemm att magħruf, li bih “jinqeda” r-raġel waqt li jixtieq (jiġifieri waqt li jikkonferixxilu l-karattru propju tax-xewqa immirat lejn oġġett), kif ukoll att magħruf li jqanqal ix-xewqa fis-suġġett l-ieħor u speċjalment fir-rieda tiegħu u f’“qalbu”. Kif wieħed jistà jara, huwa possibbli li tattribwixxi interpretazzjoni intenżjonali għal att intern, waqt li jkollok preżenti  naħa jew l-oħra tal-psikoloġija tar-raġel: l-għarfien  jew ix-“xewqa mifhuma bħala appetitus. L-appetitus huwa xi ħaġa iktar wiesgħa mix-“xewqa”, minħabba li jindika dak kollu li jimmanifesta ruħu fis-suġġett bħala “aspirazzjoni”, u bħala tali jorjenta dejjem ruħu lejn fini, jiġifieri lejn oġġett magħruf taħt l-aspett tal-valur). Madankollu interpretazzjoni adegwata tal-kliem ta’ Mattew 5,27-28 tirrikjedi li – permezz tal-intenzjonalità propja tal-għarfien jew tal-“appetitus” – nindunaw b’xi ħaġa iktar, jiġifieri l-intenzjonalità tal-eżistenza stess tal-bniedem in relazzjoni mal-bniedem l-ieħor; fil-każ tagħna: tar-raġel in relazzjoni mal-mara u tal-mara in relazzjoni mar-raġel.

Dwar dan l-argument ikun aħjar għalina li nerġgħu lura. Waqt li nikkonkludu r-riflessjoni tallum hemm bżonn li nerġgħu inżidu li f’dik ix-“xewqa”, fil-“ħars biex tixtieq”, li dwaru jittratta d-Duskors tal-Muntanja, il-mara għar-raġel li “jħares lejha” hekk, ma tibqax teżisti bħala suġġett tal-attrazzjoni eterna u tibda ssir biss oġġett ta’ konkupixxenza karnali. Ma dan huwa marbut id-distakk profond intern tas-sinifikat sponsali tal-ġisem, li dwaru tkellimna diġa fir-riflessjoni preċedenti.

Miġjub għall_malti minn Emmanuel Zarb.

Ara d-diskors oriġinali bit-Taljan >