Alla tagħhom huwa, Alla tiegħi


Nhar il-21 ta’ Ġunju 2020, waqt l-omelija tiegħu, Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna tkellem dwar il-21 Martri tal-Eġittu li 5 snin ilu, propju fil-15 ta’ Frar tal-2015, inqatlu għal fidi tagħhom.  Aktar ‘l isfel hemm vidjos ohra bix-xhieda tal-familjari tagħhom …

 

F’din ix-xhieda kommoventi ta’ Basir Kamel li kellu tnejn minn ħuti maqtula martri meta l-ISIS qatulhom rashom fuq ix-xatt tas-Sirte.

Hawn taħt rista taqra ix-xhieda tiegħu. 

Jiena kelli żewġt aħwa: Bishoy u Samwel. Bishoy ta’ 25 sena u Samwel ta’ 23 sena. Tant jien kburi bihom. U huma tant kienu kburin li huma Insara. Minħabba fihom, jiena nimxi b’rasi merfugħa ᾽l fuq, tant jien kburi bihom.

U l-ISIS tawna iżjed milli tlabniehom. Għax huma meta xandru l-vidjo tal-qtil tagħhom, ma neħħewx il-parti fejn ħuti jinstemgħu jiddikjaraw il-fidi tagħhom f’Ġesù Kristu. U l-ISIS bla ma jafu għenuna nissaħħu fil-fidi. Emminni li qed ngħidlek. U lill-ISIS nirringrazzjawhom għax ma neħħewx is-sound mill-vidjo meta ħuti u l-oħrajn għajtu waqt li ddikkjaraw il-fidi tagħhom f’Ġesù.

Jekk tistaqsini kif ninsabu, ngħidlek li aħna hawnhekk ninsabu ferħanin. Anzi nifirħu lil xulxin ta’ dak li ġralna. M’aħniex nibku, imma nifirħu lil xulxin għax mir-raħal tagħna f’daqqa waħda għandna daqshekk nies li mietu martri jgħajtu l-isem ta’ Ġesù waqt li jmutu. Kburin bihom.

Sa minn żmien ir-Rumani, aħna dejjem konna fil-mira ta’ attakki fuqna. Dejjem kellna martri. U aħna kapaċi nifilħu għal din il-kriżi li għaddejjin minnha. U nifilħu għaliha għax il-Bibbja lili tgħallimni nħobb u mhux nobgħod lill-għadu tiegħi. Tgħallimni nbierek lil min jisħetni.

Hemm ħafna minn qed jistaqsina jekk naħfrux lil min qatel lil ħuti. Dalgħodu kont qed nitkellem ma’ ommi.  Staqsejtha x’tagħmel kieku kellha tiltaqa’ fit-triq ma’ wieħed minn tal-ISIS. Ħa ngħidilkom x’qaltli, u dan qed għidu bis-sinċerità kollha: Qaltli li kieku kellha tiltaqa’ ma’ wieħed minn tal-ISIS fit-triq, kieket tistiednu d-dar għax huma lilna qed jgħinuna nidħlu fis-Saltna tas-sema. Emmnuni, dan li qaltli ommi dalgħodu. Ommi llum għandha iżjed minn 60 sena u qatt ma marret skola. Iva, qaltli li kienet titlob lil Alla jiftaħlu għajnejh, u tistiednu d-dar għax hu lilna qed jgħinna nidħlu fis-Saltna tas-sema.

It-talba tiegħi għal dawn hija: Mulej, iftaħ għajnejn dawn in-nies li qed joqtluna, iftħilhom għajnejhom ħalli huma wkoll ikunu salvati. Għinhom jieqfu minn din l-injoranza tagħhom, u mit-tagħlim ħażin li daħħlulhom f’moħħhom.

Ħajr ta’ dan it-test bil-Malti lil Fr Roy Galdes

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.