FORMAZZJONI U INFORMAZZJONI MILL-KUMMISSJONI TEOLOĠIKA (23). 23 ta’ Novembru 2013
L-Enċiklika Lumen Fidei tal-Papa Franġisku
Skema fi tmiem is-Sena tal-Fidi minn Dun Hector Scerri
Is-suġġett tal-enċiklika huwa l-virtù teologali tal-fidi. Huwa importanti li wieħed jaqra l-enċiklika f’rabta mal-ewwel żewġ enċikliċi tal-Papa Benedittu XVI dwar iż-żewġ virtujiet teologali l-oħra: l-imħabba (Deus Caritas Est) u t-tama (Spe Salvi).
Lumen Fidei (Id-Dawl tal-Fidi) fiha erba’ kapitli. Kull wieħed minnhom jieħu ismu minn silta tal-Iskrittura li twassalna biex nifhmu aħjar x’inhi l-fidi u kif ngħixuha:
1 – Aħna emminna fl-imħabba (ara 1 Ġw 4:16);
2 – Jekk ma temmnux, ma tifhmux (ara Is 7:9);
3 – Inxandrilkom dak li rċevejt jien (ara 1 Kor 15:3); u
4 – Alla jħejji belt għalihom (ara Lhud 11:16).
Biex tifhem aħjar il-kobor u l-għana ta’ Lumen Fidei, tajjeb li taqra l-Ittra Appostolika Porta Fidei (Il-Bieb tal-Fidi) li biha Benedittu XVI kien nieda s-Sena tal-Fidi fl-2011. Fiha kien tkellem dwar il-vjaġġ ta’ fidi li huwa msejjaħ jagħmel kull imgħammed – vjaġġ li fih aħna jkollna l-għajnuna tal-kelma ta’ Alla u t-tagħlim tal-Knisja. Jagħtina dwal dwar x’kapaċi tagħmel il-fidi fil-ħajja tal-insara.
F’Lumen Fidei, il-Papa Franġisku jaqsam magħna ħafna ħsibijiet sbieħ u prattiċi. Ftit eżempji:
- l-esperjenza ta’ fidi li għamel Abraham;
- kif il-Poplu ta’ Alla għex il-fidi tiegħu f’Alla;
- il-milja tal-fidi Nisranija fi Kristu;
- il-fidi għandha forma ekkleżjali;
- ir-rabta bejn li tara u li tisma’ fl-għarfien tal-fidi;
- id-djalogu bejn il-fidi u r-raġuni;
- il-fidi u t-tfittxija tagħna ta’ Alla;
- is-sagramenti u l-fidi;
- il-fidi u l-ġid komuni, il-familja, is-soċjetà u t-tbatija;
- il-Verġni Marija: eżempju ħaj ta’ fidi għal min jemmen.
Skema ġenerali:
L-Ewwel Parti fiha ġabra ta’ persuni/xbihat li jkellmuna dwar il-fidi:
- Abraham (n.8)
Post singulari
Djalogu ma’ Alla
Il-fidi tieħu karattru personali. Alla hu persuna.
Il-fidi hija wkoll tweġiba.
- Il-fidi ta’ Israel (n.12)
Il-mixja tal-Poplu l-Magħżul.
Rakkont tal-għemejjel kollha tjieba ta’ Alla.
L-iżball tal-idolatrija.
- Il-fidi ta’ Mosè (n.14)
Mosè jitkellem ma’ Alla.
Fidi personali → Fidi ta’ Komunità (Aħna).
- Il-fidi tal-Komunità Nisranija
Fidi ċċentrata fuq Ġesù li hu l-Mulej mqajjem mill-imwiet (n.15).
Ġesù: l-intervent definittiv ta’ Alla, speċ. fil-Misteru tal-Għid (n.16)
It-Tieni Parti: li TARA u li TISMA’ fl-għarfien tal-fidi, speċ. fi Ġwanni.
- Tisma’ r-Ragħaj it-Tajjeb.
- Tara s-sinjali ta’ Ġesù.
- Kuntatt personali mal-Mulej (1 Ġw 1:1) (n.31).
Ġesù jmissna llum.
Tmiss bil-qalb (Santu Wistin).
- Tfittex lil Alla
Il-Maġi (n.35): il-bniedem li joħroġ minnu nnifsu biex isib lil Alla.
Il-fidi bħala triq li fiha dlam u dawl.
It-Tielet Parti: l-aspett EKKLEŻJALI tal-fidi. Il-Knisja.
- Esperjenza li mhix tiegħi waħdi biss.
- Ma nistgħux nemmnu waħedna (n.39).
- Il-fidi mhix relazzjoni iżolata bejnek u bejn Alla, imma tinfetaħ għall-AĦNA.
- Il-Knisja: Omm li tgħallimna l-lingwaġġ tal-fidi.
- Is-sagramenti u t-trasmissjoni tal-fidi (n.40).
Laqgħa ma’ Alla l-ħaj li jmiss il-persuna fil-qalba tagħha: qalb, moħħ, rieda, emozzjonijiet, relazzjonijiet, ġisem, ruħ, ġewwieni.
Sagramenti tal-fidi. Kuntatt ma’ Ġesù ħaj.
- Il-Magħmudija (n.41-43).
L-Ewkaristija (n.44).
- Il-Kredu: Att ta’ fidi (n.45).
- It-Talba tal-Missierna u l-għaxar Kmandamenti (n.46): indikazzjonijiet konkreti biex noħorġu mid-deżert tal-“jien”, u nidħlu fi djalogu ma’ Alla.
Il-Kmandamenti bħala mixja ta’ gratitudni, tweġiba ta’ mħabba; isibu dawl ġdid fid-Diskors tal-Muntanja.
Ir-Raba’ Parti: Il-fidi u l-ħajja soċjali… jiġifieri barra mill-Knisja u mill-ħin tat-talb.
- Il-ġid komuni (n.50-51).
- Il-familja (n.52-53).
- Il-ħajja tas-soċjetà (n.54-55).
- It-tbatija (n.56-57).
Konklużjoni: il-Verġni Marija
- Art tajba (n.58).
- Twettiq tal-wegħdiet tat-Testment il-Qadim (n.58).
- Rabta sħiħa mal-Mulej (n.59).
Dun Hector Scerri
President, Kumm. Teoloġika